Messaġġ mill-President

MatthewJuve Hot news, News Leave a Comment

Bi pjaċir u b’sodisfazzjon nixtiequ nħabbrulkom li f’dan l-istaġun li għadu kif beda diġa’ qbiżna it-800 membru!

Dan huwa rekord għall-Club tagħna fi żmien daqshekk qasir. Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lill-membri li ta’ kull sena huma regolari mal-Club tagħna, lill-membri l-ġodda u l-aħħar u mhux l-inqas lil dawk il-membri ġejjin minn fazzjonijiet oħra li reġgħu ssieħbu wara numru ta’ snin nieqsa.

Kif illum kulħadd jaf il-Club tagħna huwa mmexxi minn Kumitat serju, b’esperjenza, trasparenza, dedikazzjoni u b’rispett totali lejn il-membri. Ilni fil-Kumitat għal dawn l-aħħar 14 sena u President għal dawn l-aħħar 5 snin. Dejjem kelli Kumitati li ġabu l-interess tal-membru l-ewwel u dan jixhdu s-suċċess bla waqfien f’dawn l-aħħar snin.

Hawnhekk nixtieq insemmi ukoll ix-xogħol ta’ modernizzar li kull sena isir fil-Club tagħna sabiex il-membru ikollu u jieħu dak li jixraqlu.

Minn qalbi nirringrazzja lill-isponsors li bis-saħħa tagħhom stajna nagħmlu dan kollu. Is-suċċess tal-Kumitat tiegħi huwa wieħed sempliċi: stabbiltà u familja waħda naħdmu id f’id għall-ġid tal-membri.

Is-suċċess tiegħi bħala President ġej mil-fiduċja totali li dejjem gawdejt minn sħabi tal-Kumitati preżenti u ta’ qabel.

Nagħlaq billi għan-nom tiegħi bħala President tal-akbar Club Juventin lokali u għan-nom ta’ sħabi ngħid GRAZZI MILL-QALB lil kull wieħed u waħda li ssieħbu magħna u nwegħdukom li mhux se nieqfu naħdmu sabiex nibqgħu dejjem nagħtukom l-aħjar servizz possibbli.

Joseph Fenech
President

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *