Messaġġ mill-President dwar il-Kampanja Tesseramenti

MatthewJuve News Leave a Comment

Ħbieb,

Uħud minnkom mhux l-ewwel darba li qraw dan il-messaġġ, ftit minnkom ma daħlux membri fid-DOC u spiċċaw ma nqdewx sabiex jakkwistaw biljett at FACEVALUE mill-Club għal-logħob tas-Serie A jew Champions League. Dan ma kienx gost u pjaċir tagħna, imma miċ-Centro Coordinamento għamluhielna ċara li jistgħu jagħtuna biljetti biss għal min ikun miktub fid-DOC.

Nerġa’ nfakkar illi l-Juventus Club DOC ‘Vero Amore’ Malta 1975 huwa Club veru u serju mmexxi min-nies dedikati u maturi, Club li l-biljetti lill-membri jagħtihomlohom at FACEVALUE, għalhekk il-Club tagħna mhuwiex biljetteria. Min irid jirkeb il-karru tagħna għandu jagħmel dan issa fil-kampanja tesseramenti, mhux meta ikun tiela’ jara logħba u ma jsibx biljett!

Nitlobkom sabiex tidħlu membri magħna bid-DOC u tagħmlu t-Tessera del Tifoso ħalli verament tkunu kompluti u nkunu f’pożizzjoni li naqdukom meta titolbuna biljett. Permezz tat-Tessera del Tifoso nkunu nistgħu nagħmlu il-‘cambio nominativo’ meta dan ikun possibbli.

Ħaġa oħra li għandkom iżżommu f’raskom hi li m’għnadkom qatt tħallu għall-aħħar sabiex tibbukkjaw biljett. Ftakru li l-biljetti jkunu dejjem riservati għall-membri fuq bażi First come First served.

Nawgura li din tkun ta’ lezzjoni u ma tħallux għall-aħħar sabiex tissieħbu Membri bid-DOC. Ftakru wkoll illi membri BISS bit-tessera imħallsa ser ikunu jistgħu jattendu għal xi attivitajiet li fihom tkun ġejja xi personalità, plejer jew eks-plejers ta’ Juventus.

Grazzi

Joseph Fenech
President

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *