Milan-Juventus 4-2

MatthewJuve News Leave a Comment

Milan-Juventus hi forsi waħda mill-aktar partiti inkredibbli f’dan l-istaġun. Fl-ewwel taqsima kien hemm ekwilibriju assolut fil-grawnd, b’Juventus jilagħbu tajjeb imma b’inqas fantasija mis-soltu u atletikament inqas b’saħħithom mill-aħħar wirjiet. It-tieni taqsima, imbagħad, bdiet b’Juventus imorru f’vantaġġ ta’ 0-2 b’gowls ta’ Rabiot (ħarba tassew sabiħa) u Ronaldo. Imbagħad ir-referee ta penalty lil Milan bil-VAR u l-istess bħalma ġara kontra Torino, Juventus mentalment qalgħu daqqa tant li f’temp ta’ ħames minuti Milan dawru r-riżultat favurihom 3-2u iktar tard fil-partita wasal il-gowl tal-4-2. Illejla Juventus kellhom iċ-ċans li jmorru 10 punti fuq Lazio, imma naqsu milli jiħduh. Xorta jibqa’ l-fatt li għandhom seba’ punti vantaġġ fuq Lazio u fadal biss seba’ partiti għal tmiem il-kampjonat.

MILAN-JUVENTUS 4-2

Skurjaw: Rabiot (J), Ronaldo (J), Ibrahimovic (pen.) (M), Kessie (M), Leao (M), Rebic (M)

Milan (4-2-3-1): G. Donnarumma; Conti (Calabria), Kjaer, Romagnoli, Theo Hernández; Kessié, Bennacer; Saelemaekers (Leao), Paquetá (Calhanoglu), Rebić (Krunic); Ibrahimović (Bonaventura). Kowċ: Pioli.

Juventus (4-3-3): Szczęsny; Cuadrado (Alex Sandro), Rugani, Bonucci, Danilo; Bentancur (Muratore), Pjanić (Pjanic), Rabiot (Matuidi); Bernardeschi, Higuaín (Douglas Costa), Cristiano Ronaldo. Kowċ: Sarri.

Referee: Guida.

Karti sofor: Paquetà, Bennacer, Conti (Milan); Bonucci (Juventus)

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *