Milħuq il-ftehim ma’ Marotta u Mazzia biex ma jibqgħux jaħdmu għal Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Mill-bieraħ Beppe Marotta u Aldo Mazzia m’għadhomx jaħdmu għal Juventus. Fil-fatt instab ftehim bejnhom u Juventus sabiex jintemm ir-rapport ta’ ħidma mal-klabb Juventin. Fl-istqarrija ta’ Juventus naqraw li Marotta se jingħata s-somma ta’ 723,550 Ewro, filwaqt li Mazzia se jitħallas 587,000 Ewro. Dawn is-somom jagħmlu tajjeb għall-pagi li Marotta u Mazzia mhux se jdaħħlu fix-xhur li ġejjin minħabba li l-kuntratt tagħhom ma’ Juventus twaqqaf qabel iż-żmien. Fil-jiem li ġejjin x’aktarx se tasal l-aħbar li minn Jannar (jew inkella ftit aktar tard lejn tmiem l-istaġun attwali) Marotta se jkun qed jaħdem għal Inter.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *