Min għandu l-aktar x’jitlef fil-battalja bejn Marotta u Juventus?

MatthewJuve News Leave a Comment

Minn issa ‘l quddiem irridu nidraw nisimgħu u naqraw aħbarijiet dwar interess anki min-naħa ta’ Inter fuq plejers li jkunu qed jiġu negozjati min-naħa ta’ Juventus. Marotta jaf sew x’inhuma l-objettivi ta’ Juventus u fil-fatt diġà ħarġu rapporti li Inter marru għal Milinkovic-Savic u Pogba. Apparti dawn dawn kien hemm rapporti anki ta’ kuntatti min-naħa ta’ Inter għal Martial, Chiesa u diversi plejers oħra li ilhom segwiti minn Juventus. Xejn irregolari biex niftehmu, imma ma nemmnux li din hi sitwazzjoni tajba għal Juventus hekk kif l-indħil min-naħa ta’ Inter inevittabilment se jfixkel sew il-pjanijiet ta’ Paratici. Ir-rapport ta’ Marotta ma’ Juventus intemm b’mod xejn li għoġob lill-eks-DĠ Juventin u nemmnu li se jkun qed jieħu pjacir ifixkel lill-Bianconeri. Ovvjament wieħed irid jifhem issa hemm se jkollu piż iktar l-isem ta’ Juventus, il-kwalità ta’ plejers bħal Ronaldo u l-kuntatti personali ta’ Paratici mal-aġenti. Indħil u tfixkil mingħand l-Inter ta’ Marotta jista’ jkun hemm kemm wieħed irid, iżda dan ma jfissirx li hi battalja diġà mitlufa. Anzi sostanzjalment Marotta hu l-iktar wieħed li għandu x’jitlef minn din is-sitwazzjoni hekk kif ninsabu konvinti li mal-ewwel żbalji s-supporters Interisti se jibdew iżeffnu fin-nofs il-passat tiegħu Juventin. Barra minn hekk nafu li min jagħmel xi ħaġa biss b’piki, ir-riżultati ma jkunux normalment wisq pożittivi. Insomma, nispera f’konkorrenza ġusta u rivalità pożittiva li twassal lit-timijiet biex jagħmlu passi ‘l quddiem. Żgur li l-futbol Taljan m’għandux bżonn piki żejda, it-tneffieħ tal-prezzijiet tal-plejers u aktar polemiki stupidi u vojta kif kellna fil-passat!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *