Min se jilgħab flok Mandzukic?

MatthewJuve News Leave a Comment

Mario Mandzukic ma laħaqx irkupra mill-injury f’irkoptu u ma ġiex mgħajjat għall-partita kontra Ajax. Mistoqsi waqt il-konferenza tal-aħbarijiet dwar min se jilgħab minfloku, Allegri wieġeb: “Jista’ jilgħab Kean, jista’ jilgħab Dybala, jew inkella ma jilgħab ħadd minnhom it-tnejn.” Il-kliem ta’ Allegri kien kriptiku bħas-soltu. Fl-attakk Juventin hu kważi ċert li Bernardeschi se jkun qed jilgħab flimkien ma’ Ronaldo. Jonqos it-tielet plejer. Kean hu l-għażla awtomatika min-naħa tas-supporters. Dybala għandu iktar esperjenza. Fil-konferenza tal-aħbarijiet Allegri ta x’wieħed jifhem li qed jikkunsidra anki li jilgħab lil Cancelo fuq quddiem. “Għada niddeċiedi,” qal Allegri. Irridu nistennew u naraw. Li hu ċert hu li mhux se jilgħab Douglas Costa mill-ewwel minuta peress li Allegri stqarr li l-iktar l-iktar se jkun jista’ jilgħab nofs siegħa.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *