Mirante flok Storari jekk dan jiddeċiedi li jitlaq lil Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

F’każ li Marco Storari jiddeċiedi li jitlaq, Juventus lesti jagħtu l-flokk tat-tielet gowlkiper lil Antonio Mirante. Storari għadu jtella’ u jniżżel jekk jibqax ma’ Juventus peress li issa ġej Neto u hu se jkollu joqgħod it-tielet gowlkiper. Storari għandu diversi offerti minn timijiet tas-Serie A u lesti jikkunsidra li jitlaq. F’każ li dan verament jiġri, Juventus ikollhom bżonn gowlkiper affidabbli. Mirante hu gowlkiper ta’ esperjenza, bħalissa jinsab bla kuntratt għax Parma fallew, u fuq kollox, kiber fis-settore giovanile ta’ Juventus. Dan il-fatt hu importanti għax hekk fil-kompetizzjonijiet Ewropej Juventus ikunu jistgħu jirreġistraw plejer iktar.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *