Misteru sħiħ dwar l-eredi ta’ Allegri ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Tkompli tibqa’ mċajpra l-istampa għalina s-supporters dwar min se jieħu post Allegri bħala kowċ ta’ Juventus. Ovvjament Agnelli-Nedved-Paratici jafu sew x’qed jagħmel u għandhom idea ċara dwar min se jieħu post Allegri. Huma qed ikunu bravi ferm biex iżommu l-misteru. L-ismijiet nafuhom sew: Conte, Sarri, Mihajlovic u Inzaghi mill-‘Italja’, Mourinho, Pochettino u Guardiola minn barra l-Italja. Deschamps bħalissa jidher maqtugħ barra hekk kif stqarr li jinsab moħħu fit-tim nazzjonali Franċiż. L-oħrajn kollha jidhru li għandhom ċans tajjeb. Fl-aħħar sigħat kien hemm spekulazzjonijiet dwar żjara ta’ Mourinho f’Turin. Fl-istess ħin kien hemm għidut dwar kuntatti ma’ Sarri u Inzaghi. Lil Conte xbajna narawh Turin. Saħansitra llum Paratici kien f’Milan f’Palazzo Parigi. Hemmhekk hu x’aktarx illtaqa’ ma’ Guardiola, għalkemm hemm min qed isostni li f’Palazzo Parigi Paratici tkellem ma’ rappreżentant ta’ Pochettino. Insomma rebus sħiħ u l-misteru jkompli!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *