Moggi: “Wara nhar is-Sibt m’jien qatt iktar se nitkellem dwar Calciopoli”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Kif tafu nhar is-Sibt 14 ta’ Mejju 2016 se ssir manifestazzjoni f’għeluq l-għaxar snin ta’ Calciopoli. Se jingħalaq kapitlu ta’ ħajti u minn dakinhar ‘il-quddiem m’jien qatt iktar se nitkellem dwar Calciopoli. Kienu għaxar snin ta’ ħajti li ddedikajt biex niddefendi l-isem ta’ Juventus u ħdimt biex toħroġ il-verità. Ġie stabilit mill-Qrati li l-kampjonat ma ntrebħux b’mod irregolari. Ir-referees kollha ma nstabux ħatja. Qatt ma kien hemm rapporti privileġġati bejn Juventus u r-referees. Konna l-uniku tim li qatt ma talab pjaċiri lir-referees. Dejjem fil-Qrati, meta iben Facchetti fittixni għad-danni, irriżulta li Facchetti verament kellu relazzjoni fuq bażi regolari mar-referees. Illum kburi li għent lir-referees inaddfu isimhom u li permezz tal-verità li ħarġet wrejna li Juventus kienu qed jirbħu għal kienu l-aqwa.”

– Luciano Moggi

(dikjarazzjoni mogħtija waqt il-laqgħa mal-membri tal-Juventus Club DOC ‘Vero Amore’ (Malta 1975) nhar il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2016)

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *