Montoya xorta jrid jitlaq lil Barcellona

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent Juan De Dios Carrasco, li għandu l-prokura ta’ Martin Montoya, iddikjara li l-fatt li l-full-back rritorna għall-azzjoni wara diversi xhur mhux se jibdel id-deċiżjoni tiegħu li jitlaq lil Barcellona f’Jannar. Montoya jaf tajjeb li Luis Enrique mhux qed jarah adattat għall-iskemi tattiċi tiegħu u allura jrid isib tim ġdid. Hu jista’ jinħall mill-kuntratt ma’ Barcellona bil-ħlas ta’ penali ta’ 20 miljun Ewro. Apparti Juventus, fuqu hemm anki Roma, Arsenal, Tottenham, Everton u Bayer Leverkusen.
Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *