Neto jiftaħ it-triq għall-akkwist ta’ Joao Cancelo?

MatthewJuve News Leave a Comment

Apparti De Sciglio Juventus jistgħu jixtru anki full-back ieħor: Joao Cancelo. Il-ħbiberija bejn Juventus u Valencia (biżżejjed insemmu li fl-aħħar sena tajnihom lil Neto u Zaza) tista’ twassal biex Cancelo jsir plejer ta’ Juventus. Anzi Alfredo Pedullà qed jipotizza li l-bejgħ ta’ Neto għal 6 miljuni biss jaf tkun sinjal li verament Juventus se jixtru lil Cancelo. Fl-interpretazzjoni tiegħu, Neto tneħħa bi prezz irħis biex imbagħad Valencia ma jagħfsux idhom ma’ Juventus meta jbigħulhom lil Cancelo.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *