Skont Tuttosport Lazio għamlu kuntatt ma’ Juventus biex jitkixxfu dwar il-possibbiltà li jiksbu lil Daniele Rugani. Id-difensur Taljan bħalissa jinsab misluf lil Rennes u mhuwiex eskluż li jibdel il-klabb tiegħu fil-ġranet li ġejjin. Matthew Scerri
Il-programm tal-partiti tad-19-il Ġurnata tas-Serie A
Il-Ġimgħa 22 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m. Benevento-Torino: Giacomelli Is-Sibt 23 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m. Roma-Spezia: Pairetto Is-Sibt 23 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m. Milan-Atalanta: Mariani Udinese-Inter: Maresca Is-Sibt 23 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m. Fiorentina-Crotone: Piccinini Il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2021, 12.30 p.m. Juventus-Bologna: Sacchi Il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m. Genoa-Cagliari: Di Bello Verona-Napoli: Fabbri Il-Ħadd …
Il-punt dwar it-trasferiment ta’ Scamacca
Wasalna fit-tielet ġimgħa ta’ Jannar u Pirlo għadu bla r-raba’ attakkant. Il-favorit nett jidher li għadu Gianluca Scamacca. Juventus u Sassuolo għadhom għaddejjin bin-negozjati. Sassuolo għadhom jinsistu li jridu li Juventus ikollhom l-obbligu li jixtru lil Scamacca għal kollox fl-2022, mentri Juventus qed jitolbu dritt mingħajr obbligu. Barra minn hekk il-klabbs qed jitkellmu anki dwar plejer li jista’ jingħaqad ma’ …
Wolves b’offerta għal Douglas Costa
Fil-jiem li għaddew kien hemm rapporti li Bayern Munich kienu lesti jtemmu s-self ta’ Douglas Costa u li l-Brażiljan kien se jirritorna ma’ Juventus immedjatament. Kemm hu veru ma nafux, biss issa ħarġet l-aħbar li Wolves offrew 15-il miljun Ewro għal Costa. Matthew Scerri
Szczesny hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Napoli
Sczcesny ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-Finali tas-Super Cup Taljana bejn Juventus u Napoli. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 53% tal-voti, segwit minn Cuadrado b’31% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Ronaldo b’7% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem! Matthew Scerri
Leipzig interessati f’Dragusin
Il-kuntratt ta’ Radu Dragusin jasal fi tmiemu f’Ġunju li ġej u għalkemm Juventus ilhom għaddejjin bin-negozjati mal-aġent tiegħu, s’issa għad m’hemmx il-firma tal-plejer fuq il-kuntratt il-ġdid. Jidher li RB Leipzig qed isegwu mill-qrib dis-sitwazzjoni u allegatament ressqu proposta lill-plejer biex jiffirma magħhom. F’dan l-istadju wieħed irid jara x’se tkun id-deċiżjoni ta’ Dragusin. Matthew Scerri
Uffiċjali: Milik hu plejer ta’ O.Marseille
Arkadiusz Milik hu uffiċjalment plejer ta’ O.Marseille. Napoli ħabbru t-trasferiment tal-attakkant Pollakk b’self mal-klabb Franċiż sa Ġunju 2022. Wara did-data, O.Marseille li jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox. Matthew Scerri
Reynolds sejjer ma’ Roma!
B’sorpriża kbira Bryan Reynolds jidher li se jkun qed jiffirma għal Roma wara li kien qed ikun irrapurtat li kellu ftehim ma’ Juventus. Skont Calciomercato.com, fis-sigħat li għaddew il-President ta’ Roma, Friedkin mexxa personalment in-negozjati sabiex Reynolds jingħaqad mal-klabb tiegħu. Jidher li Reynolds ma tantx kien kuntent bil-prospettiva li jkollu jqatta’ sitt xhur self ma’ Benevento u allura finalment ipprefera …
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (22 ta’ Jannar 2021)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-22 ta’ Jannar 2021.
Bħal-lum fil-passat (22 ta’ Jannar)
Immorru lura għas-sena 1961 meta Juventus laqgħu f’darhom lil Padova f’partita tal-kampjonat. Dakinhar il-Bianconeri rebħu 2-1 b’doppjetta ta’ Nicolè.