Kuntatt ma’ Porto għal Rolando

MatthewJuve News 0 Comments

Sar kuntatt telefoniku bejn Juventus u Porto għal Rolando. Il-klabb Portugiż lest jiftaħ negozjati ma’ Juventus. Il-problema tibqa’ li Juventus iriduh b’self, filwaqt li Zenit qed joffru 5 miljuni għalih. Hu mistenni li anki Besiktas daqt iressqu offerta għal Rolando. Għaldaqstant Porto jippreferu n-negozjati ma’ Zenit jew Besiktas. Madankollu r-rieda tal-plejer, bħal dejjem, se tkun determinanti fl-għażla tad-destinazzjoni l-ġdida tiegħu. …

Serie A bi 18-il tim

MatthewJuve News 1 Comment

L-FIGC u l-Lega Calcio qed jikkunisdraw serjament riforma tas-Serie A. Fil-fatt hu maħsub li jitnaqqsu 2 timijiet mis-Serie A biex minn 20 tim jinżlu għal 18. Hekk ikun hemm inqas logħob u fl-istess ħin jista’ jkun hemm training camps tat-tim nazzjonali matul is-sena. Matthew Scerri

Il-punt dwar Giovinco

MatthewJuve News 0 Comments

Giovinco se jkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni fil-ġimgħat tal-Calciomercato. Qed jissemma li hu jista’ jmur ma’ Fiorentina bi tpartit ma’ Savic jew Neto. Madankollu ‘Tuttosport’ tikteb li Giovinco jrid jibqa’ ma’ Juventus sa Ġunju meta jintemmlu l-kuntratt u hekk ikun jista’ jmur ma’ min irid. Intant ‘La Gazzetta dello Sport’ tirraporta li jekk Giovinco jitlaq ma’ tim ieħor f’Jannar, minfloku Juventus se …

Lichtsteiner. Fil-periklu li nitilfuh?

MatthewJuve News 0 Comments

Skont ‘La Repubblica’, il-futur ta’ Stephan Lichtsteiner għadu indeċiż. Huma jiktbu li l-Isvizzeru għadu ma ffirmax il-kuntratt il-ġdid. Fl-istess ħin il-konfermi li Juventus iridu lil Montoya u Maxi Ferreira, tnejn li jilagħbu fl-istess pożizzjoni tiegħu, jistgħu jagħtu x’wieħed jifhem li Juventus qed jibżgħu li jitilfuh. Intant ‘Daily Express’ tiżvela llum li Lichtsteiner għandu ftehim sabiex jingħaqad ma’ Manchester United minn …

Illum jiżżewweġ Vidal

MatthewJuve News 0 Comments

Illum Arturo Vidal se jiżżewweġ bil-knista f’Santiago, Ċili. Hu se jiżżewweġ lil Maria Teresa Matus, il-mara li minnha diġà għandu żewġi itfal. It-tieġ mistenni jkun wieħed kbir b’diversi vips mistiedna. Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat

MatthewJuve News 0 Comments

L-appuntament ta’ kuljum ma’ partita tal-passat se toħodna llum fl-1959 meta l-Bianconeri għelbu lil Roma bl-iskor ta’ 4-0. Bħal dejjem qed inġibulkom dan il-filmat b’kollaborazzjoni mal-paġna Facebook ‘Gobbo Maltese’

Aħbarijiet tal-Calciomercato (27 ta’ Diċembru)

MatthewJuve News 0 Comments

Il-prezz ta’ Gaitan L-aġent tal-istilla ta’ Benfica, Gaitan, iddikjara li min irid jikseb is-servizzi tiegħu jrid iħallas il-35 miljun Ewro tal-penali sabiex jinħall mill-kuntratt tiegħu. Munoz għadu ma ġeddidx Id-difensur Munoz għadu ma jistax isib ftehim ma’ Palermo dwar il-kuntratt il-ġdid tiegħu. Hu maħsub li hu ma jridx jiffirma kuntratt il-kuntratt il-ġdid peress li jaf li hemm Milan u Juventus …

Aktar dwar Montoya

MatthewJuve News 0 Comments

Il-ġimgħa d-dieħla mistennija li jkun hemm kuntatti diretti bejn Marotta u l-aġent ta’ Montoya, Carrasco. Intant Carrasco nnifsu ċaħad li jeżisti xi tip ta’ ftehim ma’ Juventus jew xi klabb ieħor. Is-somma li qed tissemma hi dik ta’ 20 miljun Ewro, liema somma hi l-penali li Montoya jrid iħallas sabiex jinħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Barcellona.   Matthew Scerri