Pellé jagħti ‘daqqa t’id’ lil Conte

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Italja għelbet lil Malta bl-iskor ta’ 1-0 minkejja wirja fjakka immens fejn l-Azzurri dehru letteralment bla ħeġġa u ideat fil-grawnd. Il-Maltin, mill-banda l-oħra, kellhom wirja qalbiena u kien ħaqqhom id-draw. Il-partita ġiet deċiża b’gowl dubjuż ta’ Pellé. Italja-Malta 1-0 Skorja: Pellé (I) Italja (4-3-3): Buffon; Darmian, Chiellini, Bonucci, Pasqual; Bertolacci (Parolo), Pirlo, Verratti (Soriano); Eder, Pellé, Gabbiadini (Candreva). Kowċ: Conte. Malta (5-3-2): Hogg; …

F’Vinovo jibqa’ għaddej it-taħriġ tat-tim

MatthewJuve News Leave a Comment

Fil-waqt li għandna 13-il plejer impenjat mat-tim nazzjonali, il-bqija tal-iskwadra kellha sessjoni doppja ta’ training ilbieraħ u ntlagħbet partita ta’ ħbiberija kontra Cheraschese. Il-gowls tal-partita kellhom il-firma ta’ Dybala u Pellini għal Juventus, filwaqt li lejn tmiem il-partita Micelotta skorja għal Cheraschese. Interessanti li finalment reġa’ lagħab Asamoah għal 20 minuta. Matthew Scerri

Minuta silenzju qabel Italja-Malta

MatthewJuve News Leave a Comment

Ġest sinifikattiv ferm illejla qabel Italja-Malta. Fil-fatt it-timijiet qabel u l-UEFA approvat li qabel il-bidu tal-partita jkun hemm minuta silenzju għall-vittmi tal-immigrazzjoni irregolari. Malta u l-Italja huma fost l-iktar milquta minn din il-mewġa ta’ migrazzjoni li spiss tispiċċa fi traġedja b’mijiet ta’ migranti jitilfu ħajjithom fil-Mediterran. Matthew Scerri

Marchisio. Daqt dieħel lura fl-azzjoni

MatthewJuve News Leave a Comment

Claudio Marchisio llum ħabbar li daqt se jerġa’ jibda jittrenja mal-bqija ta’ sħabu, li jfisser li dalwaqt narawh lura fl-azzjoni. Probabbli li wara l-waqfa għall-impenji tat-tim nazzjonali, se nkunu nistgħu narawh mill-ġdid fil-grawnd. Matthew Scerri

Illejla Italja-Malta. Kif se jilagħbu

MatthewJuve News Leave a Comment

Illejla se tintlagħab logħba partikolarment għall-qalb il-parti l-kbira tal-Maltin: Italja-Malta. F’Firenze llejla fid-8.45 p.m. se naraw jekk il-Maltin humiex se jkunu kapaċi jtellfu xi punti lit-Taljani f’dan il-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro2016. It-timijiet se jilagħbu hekk: Italja (4-3-3): Buffon; Darmian, Bonucci, Chiellini, Pasqual; Verratti, Pirlo, Bertolacci; Gabbiadini, Pellè, Eder. Kowċ: Conte. Malta (4-4-2): Hogg; Borg, Agius, Failla, Z. Muscat; Briffa, Cohen, …