Llorente jistenna u l-offerti jiżdiedu

MatthewJuve News Leave a Comment

Din il-ġimgħa sirna nafu li Monaco offrew 15-il miljun Ewro għal Llorente. L-Ispanjol għadu ma tahomx risposta. Intant qed jiżdiedu x-xnigħat dwar timijiet oħra interessati fih. Nafu li Seville ilhom ftit warajh, għalkemm uffiċjalment qed jiċħdu l-aħbar. It-timijiet l-oħra li jridu lil Llorente huma: Wolfsburg, Borussia Monchengladbach u Liverpool. Matthew Scerri

Ogbonna ma’ Aston Villa?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta ‘Birmingham Mail’ qed tikteb li Aston Villa lesti joffru 8 miljun Sterlina lil Juventus għal Angelo Ogbonna. F’dan l-istadju hu probabbli ferm li Juventus jaċċettaw l-offerta peress li issa għandhom fit-tim lil Rugani u għaldaqstant Ogbonna hu żejjed. Matthew Scerri

Aguas (DT ta’ Boca Juniors): “Daqt inħabbru uffiċjalment lil Tevez”

MatthewJuve News Leave a Comment

Id-Direttur Tekniku ta’ Boca Juniors, Carlos Aguas sostna li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa se jkunu jistgħu jħabbru li Carlos Tevez iffirma magħhom. Hu żied li l-President ta’ Boca, Angelici jinsab fi triqtu l-Italja ħalli jiftiehem ma’ Juventus. Skont Aguas, Angelici għandu lista ta’ plejers li Juventus jistgħu jagħżlu minnha biex iħallu lil Tevez jitlaq. Matthew Scerri

Pirlo qed jaħsibha biex jitlaq lil Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Sebastian Giovinco żvela li kellmu Andrea Pirlo biex jitolbu jagħtih ftit informazzjoni dwar l-MLS Amerikana. Giovinco sostna li hu rrakkomandalu li jipprova esperjenza fil-kampjonat Amerikan. Intant qed jissemma li Pirlo rċieva offerti fenomenali mill-Amerka, minn xi timijiet tal-Ermirati Għarab u mill-Awstralja. Qed tissemma anki paga ta’ 12-il miljun Ewro għalih. Hu ovvju li quddiem ċifri bħal dawn Pirlo lest jikkunsidra …

Llorente żżewweġ

MatthewJuve News Leave a Comment

Fernando Llorente żżewweġ fi Spanja, fil-belt ta’ San Sebastian. Għaċ-ċerimonja ma kien hemm ħadd min-naħa ta’ Juventus. Fil-jiem li ġejjin, Llorente u martu għandhom jieħdu flimkien id-deċiżjoni jekk jaċċettawx jew le l-offerta ta’ Monaco. Matthew Scerri

Mill-ġdid Cuadrado

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus jinsabu mill-ġdid interessati ferm f’Cuadrado. Chelsea xtrawh f’Jannar għal 32 miljun Ewro. Hu ddeluda u Chelsea jridu jeħilsu minnu. Juventus talbuh b’self, imma Chelsea mhux interessati f’self għax jippreferu jbigħuh. Marotta se jkompli jinsisti għalih bit-tama li jirnexxili jikkonvinċi lil Chelsea jaċċettaw il-kundizzjonijiet tiegħu. Matthew Scerri

Juve jridu lil Betancur għal Tevez

MatthewJuve News Leave a Comment

Għadhom għaddejjin in-negozjati bejn Juventus u Boca Juniors dwar Tevez. Skont ‘Tuttosport’, Juventus  talbu lil Boca Juniors biex jagħtuhom lil Rodrigo Betancur minflok Tevez. Issa rridu naraw xi żviluppi se jkun hem fis-sigħat li ġejjin. Matthew Scerri