Imressqa offerta ta’ Juve lil Cavani

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aħbar tal-ġurnata hi li Juventus għamlu kuntatt mal-aġenti ta’ Edison Cavani u offrewlu kuntratt b’paga ta’ 7.5 miljun Ewro. Cavani għadu qed jaħsibha peress li ma’ PSG qed jaqla’ 9.4 miljun Ewro fis-sena. Wara li Cavani ikun qal ‘iva’ lil Juventus, il-Bianconeri jkunu jistgħu jiftħu negozjati ma’ PSG għall-akkwist tiegħu. S’issa għadu mhux magħruf kemm se jitolbu għalih PSG. Matthew …

Flokk bil-logo tal-Expo għat-tliet partiti li jmiss

MatthewJuve News Leave a Comment

Għada kontra Lazio Juventus se jżanżnu flokk ġdid li fuqu se jkun hem il-logo tal-Expo. Dan l-istess flokk se jintuża fit-tliet partiti li jmiss tal-kampjonat. Din hi inizjattiva li ried il-main sponsor ta’ Juventus peress li Fiat Chrysler Automobiles u CNH Industrial huma sponsors anki tal-Expo. Matthew Scerri

X’qal Allegri fil-konferenza tal-aħbarijiet

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum Allegri indirizza konferenza tal-aħbarijiet lejlet Juventus-Lazio. Din li ġejja hi t-traskrizzjoni sħiħa, kelma b’kelma, tad-domandi li sarulu u t-tweġibiet li ta. Ciao. E’ esagerato dire stavolta che è la partita che vale lo scudetto? “Buongiorno. Che è uno scontro diretto, credo sia normale: noi siamo primi, loro sono secondi. Tra l’altro stanno facendo un’annata straordinaria, perchè da come erano …

Erba’ superheroes Bianconeri

MatthewJuve News Leave a Comment

Fil-jiem li ġejjin ħiereġ fis-swali taċ-cinema l-film ‘Avengers’. Erba’ plejers ta’ Juventus – Vidal, Marchisio, Pirlo u Chiellini – qed jagħmlu promotion għal dan il-film. Dawn t’hawn taħt huma żewġ videos simpatico li nħadmu għall-okkażjoni

Allegri: “Pogba fadallu!”

MatthewJuve News Leave a Comment

Fil-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum, Massimiliano Allegri stqarr li Pogba għadu lura biex ikun jista’ jirritorna għal-logħob. Il-kowċ Juventin ma tax indikazzjonijiet dwar kemm fadallu, biss donnu ma jridx jgħaġġel għar-ritorn fil-grawnd ta’ Pogba. Il-gazzetti qed jiktbu li Pogba jista’ jkun disponibbli għall-eventwali partita tas-Semifinali taċ-Champions League, biss il-kliem ta’ Allegri donnu jxejjen dan l-ottimiżmu. Matthew Scerri