Tourament – Ċelebrazzjonijiet tal-40 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Club

MatthewJuve News Leave a Comment

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet għall-40 sena mit-twaqqif tal-Club tagħna organiżżajna One-Day Tournament 5 a-side fil-grawnd tal-Università nhar il-Ħamis 11 ta’ Ġunju mis-7.30 p.m. ‘il quddiem. Se jieħdu sehem (apparti ovvjament it-tim tagħna!) ir-rappreżentati tal-Inter Club Pupi Zanetti u tal-Manchester United Supporters Club. Pierre Bonavia

Konferenza tal-aħbarijiet ta’ Andrea Agnelli

MatthewJuve News Leave a Comment

Dalgħodu Andrea Agnelli indirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha tkellem dwar il-Finali kontra Barcellona u l-pjanijiet għall-futur. Hu qal li hu importanti ferm li Juventus irritornaw fil-post li jixirqilhom. Dwar it-telfa kontra Barcellona, Agnelli sostna li Juventus lagħbu bħal dejjem biex jirbħu u minkejja d-diżappunt għat-telfa hu jemmen li l-wirja tas-Sibt poġġiet il-bażijiet għall-futur ta’ Juventus. Fi kliem Agnelli l-futur ta’ …

Real Madrid iridu lil Morata lura

MatthewJuve News Leave a Comment

‘AS’ qed tirraporta li Rafa Benitez irid lil Alvaro Morata fit-tim tiegħu ta’ Real Madrid. It-tim Spanjol għandu d-dritt tar-recompra għall-prezz ta’ 30 miljun Ewro. F’dan l-istadju wieħed irid jara x’se jiġri. Li hu żgur hu li missier il-plejer bagħat messaġġ ċar lil Real Madrid meta stqarr li ibnu jinsab ‘available’ f’din is-sessjoni tal-mercato. Matthew Scerri

Nistennew ir-risposta ta’ Tevez

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-jiem li ġejjin se jkunu jiem ta’ stennija kbira mis-supporters Juventini. Fil-fatt Tevez għadu jrid jgħarraf lil Juventus x’se jagħmel fl-istaġun li jmiss. L-indikazzjonijiet huma li Tevez se jitlaqna biex imur jilgħab ma’ Boca Juniors mill-ġdid. Irridu nistennew id-deċiżjoni u l-aħbar uffiċjali min-naħa tiegħu. Matthew Scerri

L-offerta ta’ Juventus għal Higuain

MatthewJuve News Leave a Comment

“La Gazzetta dello Sport” qed tagħti l-aħbar li Juventus se jressqu offerta tajba ħafna lil Napoli għal Gonzalo Higuain. Il-Bianconeri lesti joffru somma bejn 30 u 35 miljun Ewro. Fid-deal lesti jdaħħlu żewġ plejers. Fost l-ismijiet li qed isiru hemm dawk ta’ Ogbonna, Coman, Llorente, Rugani, Zaza, Berardi u Donsah. Matthew Scerri

Ħinijiet ta’ ftuħ tal-Club għal din il-ġimgħa

MatthewJuve News Leave a Comment

Għeżież Sinjuri, Nixtieq ninfumakom li l-ġimgħa id-dieħla l-uffiċju tal-Club se jkun miftuħ it-Tnejn, it-Tlieta u l-Ħamis filgħaxija mis-6.00 sa 8.00. Dan ser nagħmluh għal dawk li jixtiequ jiġu jġeddu jew jinkitbu membri fil-Club kif ukoll dawk li jridu jibbukkjaw għal-lunch li se jsir il-Ħadd 14 ta’ Ġunju fejn ser jattendu Edgar Davids u Ciro Ferrara. Il-lunch li se jsir ġewwa …