Chiellini se jitlef Juventus-Barcellona

MatthewJuve News Leave a Comment

L-injury ta’ Chiellini hu iktar gravi minn kemm mistenni u se jkollu jitlef il-Finali kontra Barcellona. Infakkru li hu ħass uġigħ waqt it-training tal-bieraħ. Issa Allegri jrid jara x’se jivvinta għal nhar is-Sibt. Barzagli jidher li rkupra imma wieħed irid jara jekk huwiex match-fit biżżejjed. Inkella hemm Ogbonna. Soluzzjoni oħra tista’ tkun li Vidal jilgħab difensur ċentrali jew inkella Evra …

Marchisio, il-Principino li jista’ jsir Re tal-Ewropa!!

MatthewJuve News Leave a Comment

Fadal ftit jiem għall-imbierek 6 ta’ Ġunju meta Juventus se jiltaqgħu ma’ Barcellona. Bdejna serje biex naraw plejer plejer xi tfisser din il-Finali u s-sinifikat li għandha għalih. Rajna li Morata jista’ jirbaħ iċ-Champions League għat-tieni sena infila, kif ukoll id-dwelli bejn Suarez Chiellini u Evra li xejn ma jfakkru lill-Urugwajan f’affarijiet sbieħ. Illum se nkomplu din is-serje billi nitkellmu …

Iż-żjara ta’ Birindelli, Davids u Ferrara (12-14 ta’ Ġunju)

MatthewJuve News Leave a Comment

I 3 Tenori ġewwa l-akbar klabb Juventin fid-Dinja, il-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975). Għada jitħabbar il-programm taż-żjara. Sadanittant fadal ftit postijiet għal-lunch li se jsir il-Ħadd 14 ta’ Ġunju. Jekk għadek ma bbukjajtx, x’qed tistenna? Jekk għadek ma dħaltx membru, x’qed tistenna? Jien flimkien ma’ sħabi qed nistennew li tingħaqdu magħna s-Sibt 6 ta’ Ġunju għal Street Party …

Chiellini. Illum it-testijiet mediċi

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum se jsiru xi testijiet mediċi sabiex it-tobba jifhmu x’għandu eżattament Giorgio Chiellini. Ilbieraħ hu kellu jieqaf mit-training minħabba uġigħ muskolari fil-pexxun.  L-ewwel indikazzjonijiet huma li m’għandu xejn gravi u li se jkun jista’ jilgħab nhar is-Sibt kontra Barcellona. Nittamaw li llum ikollna konferma dwar dan mit-testijiet mediċi li se jsiru. Matthew Scerri

Morata, fil-Finali għat-tieni darba konsekuttiva!

MatthewJuve News Leave a Comment

Alvaro Morata fl-età ta’ 22 sena se jkun qed jilgħab (u nittamaw jirbaħ) it-tieni Finali taċ-Champions League. Sena ilu rebaħha ma’ Real Madrid kontra l-Ispanjoli ta’ Atletico Madrid. Din is-sena reġa’ għandu quddiemu avversarji Spanjoli: Barcellona. Imma jekk sena ilu Morata kien sempliċi riserva u daħal biss fit-80 minuta tal-partita, din id-darba hu għandu l-irwol ta’ protagonista ma’ Juventus u …

Il-plejers Bianconeri 2014/15

MatthewJuve News Leave a Comment

Ftit tal-ġimgħat ilu bdejna serje ta’ artiklu dwar il-plejers kollha tal-iskwadra Bianconera. Nemmnu li hu mertu tal-plejers u l-kowċ li wasalna s’hawnhekk, pass ‘il bogħod mit-triplete. Il-links tal-artikli li ppubblikajna s’issa huma: Gowlkipers: Buffon, il-Captain li niżel magħna fis-Serie B Storari, ir-riserva ta’ lussu Rubinho, rebaħ iktar minn kemm lagħab Difensuri: Lichtsteiner, l-utilità ta’ plejer li jaf jilgħab f’pożizzjonijiet differenti …

Il-mixja ta’ Juventus fiċ-Champions League/2

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-polza tal-fażi tan-knock-out rat lil Juventus jiltaqgħu mill-ewwel kontra Borussia Dortmund, ir-rivali tas-Snin Disgħin tas-Seklu XX fit-tazzi Ewropej. Dan hu kif konna rrapurtajna l-isfida bejn Juventus  u Borussia minn dawn il-paġni ta’ www.juventusclubmalta.com L-EWWEL LEG Wirja kbira denja ta’ wieħed mill-aqwa tmien timijiet tal-Ewropa. Kontra Borussia rajna Juventus li lagħbet logħba ta’ intelliġenza kbira, tattikament perfetta u b’mentalità ta’ tim …

Pirlo lejn New York?

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara l-Finali taċ-Champions League hu probabbli li jitħabbar l-addijo ta’ Andrea Pirlo lil Juventus. Illum qed jiġi rappurtat li rċieva offerta mingħand New York City FC, liema offerta qed tinteressah ħafna. Matthew Scerri