Il-President ta’ PSG, Nasser Al-Khelaifi ddikjara li Cavani mhux se jitlaq lill-Club tiegħu peress li l-Franċiżi jridu jkomplu jibnu skwadra qawwija. Mistoqsi jagħti kumment dwar Pogba, Al-Khelaifi qal li mhux se jitkellem dwar negozjati mal-ġurnalisti. Hu sostna li se jagħmel dan biss malli xi plejer ikun ġie akkwistat. Matthew Scerri
Is-supporters diżappuntati minħabba l-biljetti tal-Finali!
Waqt Juventus-Napoli kien hemm xi korijiet kontra Franco Rossi Italia, l-aġenzija tal-ivjaġġar li ġiet fdata minn Juventus FC biex ibigħu l-biljetti tal-ajru u l-packages tal-vjaġġ lejn Berlin (il-biljett u l-package jridu jinxtraw flimkien bilfors u jiswew somma għolja mhux ħażin). Għalissa l-biljetti jistgħu jinxtraw biss minn dawk li għandhom season ticket fil-Juventus Stadium u mit-28 ta’ Mejju se jinfetaħ il-bejgħ …
Vidal ma’ Arsenal?
L-espert tal-calciomercato fiċ-Ċili, Hernan Feler illum poġġa tweet fuq Twitter fejn sostna li mis-sajf li ġej Arturo Vidal se jingħaqad ma’ Arsenal. Skont din il-persuna kollox jinsab miftiehem u allura hu ċert li Vidal se jkun qed jilgħab fl-istess tim ma’ Alexis Sanchez is-sena d-dieħla. Matthew Scerri
Berardi b’self ma’ Udinese għal Allan
Is-sit ‘Calciomercato.com’ qed jirraporta li Juventus se jilħqu ftehim ma’ Sassuolo sabiex jixtru għal kollox lil Domenico Berardi. L-idea tal-Bianconeri hi li jisilfuh sena oħra sabiex ikun jista’ jimmatura iktar. Probabbli li Berardi se jkun misluf lil Udinese fid-deal biex Juventus jixtru lil Allan. Matthew Scerri
Dybala jispjega għalfejn għażel lil Juventus
Paulo Dybala llum tkellem dwar it-trasferiment tiegħu ma’ Juventus. Hu spjega li għażel lil Juventus peress li huma reiduh bis-saħħa u għamlu minn kollox biex jiksbu s-servizzi tiegħu. Dybala sostna li se jaħdem ħafna biex juri li l-prezz li l-Bianconeri ħallsu għalih kien worth it. L-Arġentin kompla billi qal li jittama li Tevez jibqa’ ma’ Juventus ħalli hu jkun jista’ …
Anniversarju: 19/5/1981 Juventus jirbħu l-iscudetto numru 19 fl-istorja tagħhom
Fid-19 ta’ Mejju 1981 Juventus għelbu lil Fiorentina bl-iskor ta’ 1-0 b’gowl ta’ Cabrini. Permezz ta’ din ir-rebħa l-Bianconeri kisbu d-19-il scudetto fl-istorja tagħhom.
Għada Juve se jitkellmu mal-aġenti ta’ Khedira
‘Tuttosport’ tirraporta li għada Juventus għandhom ikollhom laqgħa mal-aġenti ta’ Sami Khedira. Il-Ġermaniż irid jitlaq lil Real Madrid hekk kif fit-30 ta’ Ġunju jiskadilu l-kuntratt li għandu magħhom. Khedira jidher interessat ferm fl-offerta ta’ Juventus u jemmen li mal-Bianconeri se jkollu postu garantit mal-ewwel ħdax f’tim fost l-aqwa fl-Ewropa. Interessanti li Khedira jaqla’ 3.5 miljun Ewro ma’ Real u għaldaqstant …
Il-preżentazzjoni tat-tazza tal-kampjonat (ritratti)
Hawn taħt tistgħu taraw xi ritratti tal-preżentazzjoni tat-tazza tal-kampjonat lit-tim Juventin fi tmiem Juventus-Napoli.
Juventus-Napoli bir-ritratti
Hawn taħt qed inġibulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Napoli.
Sturaro, minn sempliċi riserva għall-Finali ta’ Berlin
Ftit wara li beda l-avventura tiegħu ma’ Juventus fi Frar li għadda, supporter tal-eks tim tiegħu Genoa kitiblu fuq Twitter jekk jinsabx kuntent li qed ipoġġi dejjem fuq il-bank tas-sostituti ta’ Juventus. Kienet botta, imma r-risposta ta’ Sturaro waslet direttament fil-grawnd. Hu beba jilgħab ftit ftit u juri x’jaf sakemm f’temp ta’ ftit ġimgħat sar plejer importanti fit-tim ta’ Allegri. …