Coman f’Vinovo!

MatthewJuve News Leave a Comment

Wasal anki Kingsley Coman f’Vinovo u dan ifisser li għal kull plejer ta’ Allegri l-vaganzi spiċċaw. Dan jista’ jkun staġun importanti għal Coman u jaf jibda jkun iktar regolari fl-iskwadra Bianconera. Matthew Scerri

Illejla l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Club tagħna!

MatthewJuve News Leave a Comment

Laqgħa Ġenerali Annwali Sena Amministrattiva 2014-2015 Għażiż membru, Infakkruk li l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) għas-sena amministrattiva 2014-2015 se ssir illejla, il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju 2015 fil-Club stess u tibda’ fis-7.00pm Jekk sal-ħin stipulat li tibda’ l-laqgħa ma jkunx hemm quorum, il-laqgħa tibda’ nofs siegħa wara bil-membri preżenti fis-7.30pm. Agenda Talba Qari tal-minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali …

Refurbishment tas-sala tal-Club!

MatthewJuve News Leave a Comment

Bħalissa għaddejjin b’xogħol ta Refurbishment ġewwa is-sala il-kbira. Kif qed taraw ma niqfux naħdmu sabiex nagħtu l-aħjar lill-membri tagħna u intejbu aktar il-kumdità u s-servizz. Għadna kif installajna ukoll 2 air conditions 60,000btu. Kif qed taraw il-Kumitat jippreferi jonfoq il-flus sabiex jimmodernizza u jagħti l-aħjar ambjent lill-membri li għalina huma Prijorità! Inselli għalikom, Il-President tagħkom Joseph Fenech

Il-Curva Sud se tkun magħluqa għal partita waħda

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Qorti tal-Appell tal-FIGC ddeċidiet li l-Curva Sud tal-Juventus Stadium trid tibqa’ magħluqa għal partita waħda fil-kampjonat minħabba l-bomba li ntefgħet waqt id-derby. Għall-ewwel il-kundanna kienet ta’ żewġ partiti. Fi stqarrija Juventus ħabbru li se jieħdu passi ulterjuri kontra din is-sentenza. Fil-fatt huma sostnew li l-ħati nstab u ġie arrestat. Barra minn hekk isem din il-persuna ma tidhirx fost l-abbonati ta’ …

Chiellini 20 jum barra

MatthewJuve News Leave a Comment

Giorgio Chiellini se jkollu jibqa’ wieqaf 20 jum sabiex jirkupra mill-injury muskolari li sofra fl-ewwel minuti tal-partita ta’ ħbiberija kontra Lechia. Għaldaqstant hu se jkollu jitlef il-Finali tas-Super Cup kontra Lazio. Matthew Scerri

Bidla fil-pjanijiet ta’ Juventus?

MatthewJuve News Leave a Comment

L-injuries kontinwi ta’ Chiellini u Barzagli, flimkien mal-problemi li nqalgħu ma’ Draxler, jista’ jwasslu biex Juventus jibdlu l-pjanijiet tagħhom tal-mercato. Fil-fatt jista’ jkun li Juventus jinvestu somma flus sew mhux għal trekwartista imma għal difensur ta’ klassi. L-isem li qed isir hu dak Mehdi Benatia li għalih Bayern iridu 20 miljun Ewro. Matthew Scerri