Juve jressqu offerta għal Gerson

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus qed jippruvaw ifixklu l-pjanijiet ta’ Barcellona li jixtru lil Gerson mingħand Fluminense. Barcellona għandhom ftehim ma’ Fluminense li jħallsuhom 3 miljuni issa biex is-sena d-dieħla jkollhom id-dritt li jixtruh għal 17 jew 18-il miljun Ewro. Juventus daħlu fin-nofs fit-trattativi u qed joffru 11-il miljun issa stess flimkien ma’ bonuses. Matthew Scerri

Il-ftehim kollu dwar il-komproprjetajiet

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus ħabbru b’mod uffiċjali l-ftehim li nstab mal-klabbs l-oħra dwar il-plejers li kienu f’komproprjetà fl-istaġun li għadda. Hawn taħt għandkom lista tal-plejers inkwistjoni u liema tim xtrahom: Luca Barlocco – Juventus Richmond Boakye – Atalanta Davide Cais – Juventus Edoardo Ceria – Atalanta Simone Emmanuello – Atalanta Domenico Berardi – Sassuolo Vincenzo Fiorillo – Juventus Edoardo Goldaniga – Palermo Eric …

Aħbarijiet tal-Calciomercato fil-qosor (25 ta’ Ġunju 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Witsel jippreferi lil Juventus Il-Belġjan Witsel irrifjuta l-offerta mressqa lilu minn Milan. Ir-raġuni hi li hu jippreferi jilgħab ma’ Juventus fl-Italja. Jekk ma jirnexxilux allura se jmur fil-Premier League Ingliża. Futur barra mill-Italja għal De Ceglie? Paolo De Ceglie jinsab fil-mira ta’ Young Boys. Wieħed irid issa jara x’se tkun id-deċiżjoni ta’ De Ceglie. Cerri. Kollox miftiehem ma’ Juventus Jidher …

Illum jagħlqu l-komproprjetajiet

MatthewJuve News Leave a Comment

Sal-lejla fis-7.00 p.m. il-klabbs tas-Serie A jridu jsibu ftehim bejniethom dwar il-plejers f’komproprjetà. Jekk ma jinstabx ftehim dwar xi plejers, il-klabbs ikollhom imorru ‘alle buste’ jiġifieri jitfgħu l-offerta tagħhom f’envelop siġillat u wara li jinfetħu, il-plejer isir kollu ta’ dak it-tim li jkun tefa’ l-ogħla offerta fl-envelop. Matthew Scerri

X’qed jinkiteb u jingħad dwar Pogba

MatthewJuve News Leave a Comment

Kulħadd irid lil Pogba. Filwaqt li Laporta ta’ Barcellona qed isostni li Pogba jixtieq jingħaqad mal-klabb champion tal-Ewropa, hemm ukoll xnigħat li jikkonċernaw timijiet oħra. ‘Sport’ qed tikteb li Real Madrid qed joffru lil Juventus 80 miljun Ewro u se jirrinunzjaw għad-dritt tar-‘recompra’ ta’ Morata. Mill-banda l-oħra Chelsea, skont ‘Daily Mail’, lesti joffri lil Oscar u flus għal Pogba. Matthew …