Milan iridu lil Ogbonna

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-futur ta’ Angelo Ogbonna jista’ jkun fil-kampjonat tas-Serie A. Fil-fatt Milan bdew juru interess fih. Huma qed ifittxu plejers biex isaħħu lit-tim tagħhom u Ogbonna jista’ jkun il-plejer ideali għalihom anki għax għandu paga baxxa. Matthew Scerri

L-aġent irid jieħu lil Vidal ma’ Arsenal

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit ‘Tuttojuve’ qed tagħti l-aħbar li l-aġent Felicevich għandu kull interess li Arturo Vidal jingħaqad ma’ Arsenal. Fil-fatt hu l-aġent anki ta’ Alexis Sanchez u jaf li Wenger lest iħallas tajjeb biex ikollu lil Vidal ukoll fit-tim tiegħu. Għaldaqstant qed jagħmel pressjoni ma’ Vidal biex hu jiffirma ma’ Arsenal. Matthew Scerri

Juventus jikkunsidraw li jbigħu lil Bonucci u jixtru lil Benatia?

MatthewJuve News Leave a Comment

Nafu li fl-aħħar sigħat kien hemm xnigħat li Real Madrid lesti joffru sa 30 miljun Ewro għal Bonucci. Fl-istess ħin konna qed nisimgħu li Juventus qed joffru kuntratt ġdid lil Bonucci. Madankollu, skont ‘Tuttosport’ it-taħdidiet bejn Juventus u Bonucci bħalissa huma wieqfa. Jista’ jagħti l-każ li Juventus jippreferu jbigħu lil Bonucci u minfloku jieħdu lil Benatia. Matthew Scerri

Video: Min hu Guido Vadalà

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum mistenni jasal l-Italja Guido Vadalà li Juventus kisbu f’self mingħand Boca Juniors fid-deal għal Tevez. F’pajjiżu Vadalà hu meqjus il-Messi l-ġdid. Il-video t’hawn taħt jurina ftit min hu Vadalà.

Llorente minflok Bacca ma’ Seville

MatthewJuve News Leave a Comment

Nafu li Llorente għandu ħafna offerti u allegatament hum minn dejjem kien jippreferi lil Seville. L-ikbar problema hi li Seville ma jistgħux jaffordjaw il-paga li Llorente għandu ma’ Juventus. Madankollu bil-bejgħ ta’ Bacca lil Milan, Seville se jkollhom bżonn attakkant ta’ valur u allura qed jikkunisdraw li jressqu offerta tajba lil Llorente. Matthew Scerri