Il-mixja ta’ Juventus fiċ-Champions League/3

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Wasalna fit-tielet parti ta’ din il-ħarsa li qed nagħtu lejn il-mixja ta’ Juventus f’din l-edizzjoni taċ-Champions League. Issa jmiss li naraw il-konfronti ma’ Monaco fil-Kwarti-Finali. Bħal dejjem qed nerġgħu nġibu dak li konna ktibna wara l-partiti. L-ewwel leg Monaco kienu għadma iebsa iktar minn kemm ħsibna u Juventus kellhom ibatu ftit sabiex jirbħu dan l-ewwel konfront. Il-Franċiżi huma tim solidu …

Barzagli rkupra!

MatthewJuve News Leave a Comment

Andrea Barzagli rkupra u wisq probabbli se jkun hu li se jibda mill-ewwel minuta kontra Barcellona minflok Chiellini. Mill-aħbar li għandna jirriżulta li Allegri jemmen li Barzagli jista’ jibda trankwillament mill-ewwel minuta minkejja li ilu ftit barra. Matthew Scerri

Bentaleb fil-mira ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta ‘Daily Telegraph’ tat l-aħbar li Juventus huma interessanti f’Bentaleb, il-midfielder Alġerin ta’ Tottenham. Fuqu hemm anki Arsenal u PSG. L-aġent ta’ Bentaleb stqarr li hu possibbli li Juventus iriduh, imma iċċara li Tottenham ma jridux ibigħuh. Matthew Scerri

L-offerta Bianconera għal Witsel

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ qed tirraporta li Juventus ressqu offerta ta’ 22 miljun Ewro lil Zenit għal Axel Witsel. S’issa dejjem qrajna u smajna li Zenit iridu 30 miljun għal Witsel. Jista’ jkun però li l-offerta Bianconeri tkun aċċettata fuq pressjoni tal-plejer innifsu. Matthew Scerri

Genoa u Sampdoria jridu lil Rugani

MatthewJuve News Leave a Comment

Genoa u Sampdoria qed jippruvaw jiksbu s-servizzi ta’ Daniele Rugani. Juventus iriduh fit-tim magħhom imma jidher li qabel jixtiequ jbigħu lil Ogbonna biex ma jkollhomx plejers żejda fit-tim. Il-favoriti li jieħdu, f’każ li Juventus jagħżlu li jisilfuh sena oħra, huma Sampdoria peress li dawn se jieħu lill-kowċ ta’ Empoli, Sarri. Rugani din is-sena lagħab ma’ Empoli u waqqaf rekord: lagħab …

Il-plejers mgħajta għall-Finali ta’ Berlin

MatthewJuve News Leave a Comment

Huma 22-il plejers mgħajta minn Allegri għall-Finali ta’ Berlin. Ovvjament hem neqsin Caceres, Chiellini, Romulo u Asamoah li jinsabu barra b’injuries. Il-plejers kollha mgħajta huma: 1 Buffon 5 Ogbonna 6 Pogba 7 Pepe 8 Marchisio 9 Morata 10 Tevez 11 Coman 14 Llorente 15 Barzagli 17 De Ceglie 19 Bonucci 20 Padoin 21 Pirlo 23 Vidal 26 Lichtsteiner 27 Sturaro …