Lichtsteiner qatta’ lejl l-isptar

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-intervall bejn l-ewwel u t-tieni taqsima ta’ Juventus-Frosinone, Stephan Lichtsteiner tah ħass ħażin u kellu xi problemi biex jieħu n-nifs. B’konsegwenza t’hekk ittieħed l-isptar fejn qatta’ l-lejl. Illum ħareġ mill-isptar. Għadu mhux magħruf x’inqalagħlu. Probabbilment mhux se jkun jista’ jilgħab kontra Napoli nhar is-Sibt. Matthew Scerri

Allegri fil-mira tal-attakki

MatthewJuve News 3 Comments

History repeats itself. L-istorja tirrepeti ruħha. Massimiliano Allegri safa’ bir-raġun taħt attakk għall-bidu ħażin ta’ Juventus din is-sena. L-istess ħaġa kienet ġratlu fi żmien Milan, sinjal li qatt ma tgħallem mill-iżbalji tal-passat! Nibda biex ngħid li nemmen li Allegri hu kowċ bravu b’difett kbir: joqgħod għal kollox. Mhuwiex kapaċi jsabbat siequ bħalma kien jagħmel Conte biex jieħu dak li jrid. …

Juventus-Frosinone 1-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Irridu nirrassenjaw ruħna għal sena kemxejn diżappuntanti. Lanqas meta nilagħbu tajjeb mhu qed jirnexxilna nirbħu. It-tim qed jilgħab ħafna aħjar issa bi plejers bħal Lemina, Alex Sandro, Cuadrado, Dybala, Hernanes u Zaza li qed jidħlu sew fil-mekkaniżmi ta’ Allegri. Kontra Frosinone kien ħaqqna nirbħu bi skor kbir, imma m’għarafniex nagħlqu l-partita u spiċċajna armejna żewġ punti oħra, apparti li qlajna …

Kif se jilagħbu llejla

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus (4-3-1-2): Neto; Lichtsteiner, Bonucci, Barzagli, Alex Sandro; Lemina, Hernanes, Pogba;Pereyra; Zaza, Dybala. Fuq il-bank tas-sostituti: Buffon, Audero, Rugani, Chiellini, Evra, Sturaro, Padoin, Cuadrado, Favilli. Kowċ: Allegri Sospiż: ħadd. Neqsin: Rubinho, Asamoah, Caceres, Khedira, Marchisio, Morata, Mandzukic Frosinone (4-4-2): Leali; Rosi, Diakité, Blanchard, Crivello; Tonev, Gori, Chibsah, Soddimo; D. Ciofani, Dionisi. Fuq il-bank tas-sostituti: Zappino, Gomis, M. Ciofani, Verde, Pavlovic, …

Plejers mgħajta għal Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Huma biss 20 il-plejers li Allegri se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu għall-partita tal-lejla. Caceres ma rkuprax, filwaqt li Mandzukic u Morata żdiedu mal-lista tal-plejers b’injuries. Il-lista ta’ plejers mgħajta hi magħmula minn: Buffon, Chiellini, Zaza, Pogba, Hernanes, Alex Sandro, Barzagli, Cuadrado, Lemina, Bonucci, Padoin, Dybala, Rugani, Neto, Lichtsteiner, Sturaro, Evra, Pereyra, Audero, Favilli. Matthew Scerri

Illejla miftuħin għal Juventus-Frosinone

MatthewJuve News Leave a Comment

Infakkru li llejla l-Club se jkun miftuħ għall-partita Juventus-Frosinone. Kick-off 8.45 p.m. imma l-Club ikun miftuħ mis-7 ta’ filgħaxija ‘l quddiem. Qabel, fl-intervall u wara l-partita s-Segretarjat tal-Club se jkun miftuħ biex jilqa’ lill-membri li jixtiequ jinkitbu jew iġeddu s-sħubija tagħhom fil-Club, kif ukoll biex jiġu moqdija l-membri dwar biljetti tal-partita u affarijiet oħra. Bħal dejjem ikunu miftuħin anki l-bar …

Juventus-Frosinone għat-tielet darba fl-istorja!

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-istorja ta’ Juventus insibu żewġ konfronti uffiċjali biss kontra Frosinone. Fil-fatt fl-istaġun 2006/07, fil-misħuta sena tas-Serie B wara Calciopoli, Juventus kienu lagħbu darbtejn kontra Frosinone. Fl-ewwel partita l-Bianconeri ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl kellu l-firma ta’ Alex Del Piero li proprju dakinhar skorja l-200 gowl tiegħu mal-Bianconeri. Fit-tieni rawnd, imbagħad, Juventus għelbu lil Frosinone bl-iskor ta’ 0-2 b’doppjetta ta’ …