Juventus-Fiorentina 3-2

MatthewJuve News Leave a Comment

Qrobna pass ieħor lejn ir-rebħ tal-iscudetto b’wirja kollox ma’ kollox tajba għalkemm id-difiża kienet iktar distratta mis-soltu. Kien pożittiv ferm li wara li morna minn taħt, kellna reazzjoni mill-aqwa biex dawwarna r-riżultat favurina f’temp ta’ ftit minuti. Dan jixhed li t-tim jinsab f’sikktu u li jinsab lest għall-impenn delikat ferm kontra Real Madrid fis-Semifinali taċ-Champions League. Qabel, però nhar is-Sibt …

Punt ‘il bogħod mill-iscudetto!

MatthewJuve News Leave a Comment

Ninsabu punt biss ‘il bogħod mir-rebħ, jew aħjar iċ-ċertezza matematika tar-rebħ tat-33 scudetto fl-istorja. Nhar is-Sibt kontra Sampdoria se jkun biżżejjed li niksbu punt u, jagħmlu x’jagħmlu Lazio, nirbħu l-iscudetto. Ovvjament nistgħu nirbħu anki l-iscudetto b’telfa jekk Lazio u Roma ma jirbħux. Il-ħasra hi li l-iskwadra se jkollha tifraħ waħidha f’Genova hekk kif is-supporters Bianconeri mhux se jitħallew jidħlu fil-grawnd …

Marotta: “Pogba? Jiddeċiedu Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

Beppe Marotta kkummenta l-aħbar li Al-Khelaifi ta’ PSG iltaqa’ ma’ Pogba. Hu qal li dan jikkonferma kemm Juventus għamlu għażla tajba meta ħadu lil Pogba. Madankollu Marotta għamilha ċara li finalment se jkunu Juventus li jiddeċiedu x’se jsir minn Pogba u Juventus ma jridux ibigħuh. Matthew Scerri

Protesta mill-ultras qabel Juventus-Fiorentina

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Ultras ta’ Juventus esibew l-istreamers rashom ‘l isfel qabel il-partita Juventus-Fiorentina. Dan sar b’sinjal ta’ protesta għall-polemiki li kien hemm wara l-inċidenti fid-Derby. Barra minn hekk huma reidu jipprotestaw peress li x’aktarx il-Giudice Sportivo se jordna li tingħalaq il-Curva Sud tal-Juventus Stadium għal partita jew tnejn. Matthew Scerri

L-ewwel konsegwenzi tal-inċidenti fid-Derby

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Osservatorio Nazionale sulle Manifestazioni Sportive ddeċieda li s-supporters ta’ Juventus ma jistgħux imorru Genova għall-partita Sampdoria-Juventus. Fl-istess ħin għal Torino-Empoli se jkunu jistgħu fl-Istadio Olimpico biss l-abbonati u s-supporters ta’ Empoli li għandhom it-“Tessera del Tifoso”. Dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu wara l-inċidenti tad-Derby. Issa għad irridu naraw x’se jiddeċiedi l-Giudice Sportivo dwar il-każ. Matthew Scerri

Interessati f’Digne

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘France Football’, Juventus qed isegwu s-sitwazzjoni ta’ Lucas Digne. Il-full-back ta’ PSG ma jidhirx kuntent peress li l-Franċiżi se jġeddu l-kuntratt ta’ Maxwell u jinsabu qrib li jixtru lil Kurzawa. Dan għalih jista’ jfisser li ma tantx se jkun hemm spazju ma’ PSG. Għaldaqstant lest anki jikkunsidra li jitlaqhom u f’dak il-każ Juventus lesti jressqulu offerta. Matthew Scerri

Cavani se jiltaqa’ mal-aġent tiegħu

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi siti, fosthom dawk ta’ Sky u ‘Tuttosport’ qed jagħtu l-aħbar li ħu Cavani, li hu anki l-aġent tiegħu, se jkun Pariġi llum sabiex jiddiskuti l-futur tal-attakkant Urugwajan. L-aħwa Cavani se jiltaqgħu biex jiddeċiedu jibqax ma’ PSG jew inkella jikkunsidrax il-proposti ta’ Juventus jew Atletico Madrid. Matthew Scerri

Kif se jilagħbu llejla  

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus (4-3-1-2): Buffon; Lichtsteiner, Barzagli, Chiellini, Evra; Vidal, Pirlo, Marchisio; Pereyra; Tevez, Morata Fuq il-bank tas-sostituti: Storari, Rubinho, De Ceglie, Marrone, Ogbonna, Matri, Sturaro, Padoin, Pepe, Llorente, Coman. Kowċ: Allegri Sospiż: Bonucci. Neqsin Asamoah, Romulo, Caceres, Pogba Fiorentina (3-5-2): Neto; Savic, G. Rodriguez, Basanta; Joaquin, Aquilani, Badelj, Mati Fernandez, Vargas; Salah, M. Gomez. Fuq il-bank tas-sostituti:  Tatarusanu, Richards, Tomovic, Alonso, Pizarro, Borja Valero, Bernardeschi,Pasqual, Rosi, Ilicic, Diamanti, Gilardino. Kowċ: Montella Sospiż: ħadd …

Juventus-Fiorentina. Statistika

MatthewJuve News Leave a Comment

Konfronti diretti komplessivi matul is-snin bejn Juventus u Fiorentina (fil-kompetizzjonijiet kollha): Numru ta’ partiti: 171 Rebħiet Juventus: 77 Draw: 56 Rebħiet Fiorentina: 38 Gowls skorjati minn Juventus: 287 Gowls skorjati minn Fiorentina: 189 Konfronti diretti komplessivi matul is-snin bejn Juventus u Fiorentina (fil-kampjonat): Numru ta’ partiti: 151 Rebħiet Juventus: 69 Draw: 50 Rebħiet Fiorentina: 32 Gowls skorjati minn Juventus: 244 …