Juve joffru lil Marrone għal Sturaro

MatthewJuve News Leave a Comment

Fil-ħarġa tal-lum, “Il Secolo XIX” terġa’ ttenni li Genoa mhux se jitilqu lil Sturaro minn idejhom qabel il-31 ta’ Jannar. Huma jriduh għall-partita kontra Fiorentina. Il-Bianconeri milli jidher jinsabu lesti li joffru lil Marrone lil Genoa sabiex ipattu għall-fatt li se jieħdu lil Sturaro ftit xhur qabel minn kemm miftiehem. Dejjem skont “Il Secolo XIX”, Genoa ma tantx jidhru interessati …

15-il miljun u s-self ta’ Coman għal Zaza

MatthewJuve News Leave a Comment

Għaddejjin negozjati bejn Juventus u Sassuolo sabiex Simone Zaza jingħaqad mal-Bianconeri fil-jiem li ġejjin. Il-Bianconeri lesti jħallsu 15-il miljun Ewro kif indikat fil-klawżola tar-‘recompra’ tal-kuntratt tiegħu. Fis-sajf li għadda Juventus biegħu lil Zaza lil Sassuolo, imma żammew id-dritt li jkunu jistgħu jixtruh lura fis-sentejn li ġejjin. Il-Bianconeri jridu jużaw dan id-dritt issa minflok f’Ġunju. Coman jista’ jidħol f’dan id-deal hekk …

Raiola f’Vinovo għal Mkhitaryan u Pogba

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ tirraporta li hu probabbli ferm li Raiola lbieraħ tkellem mad-diriġenza Bianconera dwar Mkhitaryan u Pogba. L-ewwel wieħed hu plejer li Allegri jrid sabiex isaħħaħ nofs il-grawnd tat-tim Juventin. Fi kliem ieħor hu t-trekwartista li Allegri ilu tant jitlob. Pogba, mill-banda l-oħra, qed jattira l-interess ta’ klabbs kbar. Għaldaqstant Raiola qed isegwi l-każ mill-qrib ħafna għax, kif diġà qal, fil-mument …

Giovinco. Se jitlaq lejn il-Kanada fi Frar?

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ tiżvela li Juventus qed jitkellmu mal-aġent ta’ Giovinco dwar il-possibbiltà li jinstab ftehim sabiex ixolju l-kuntratt tiegħu immedjatament. B’dan il-mod Juventus jiffrankaw ħames xhur paga, filwaqt li Giovinco nnifsu jkun jista’ jmur jilgħab ma’ Toronto minnufih u hekk jibda jaqla’ paga fenomenali. Il-kampjonat Amerikan jibda f’Marzu u allura din tista’ tkun soluzzjoni mill-aqwa kemm għal Juventus kif ukoll għal …

Rigal għall-membri kollha!

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) jixtieq iħabbar li kulmin hu in regola mal-ħlas ta’ sħubija għall-istaġun 2014/15, hu intitolat għal riġal. Dan jista’ jinġabar direttament mill-premises tagħna kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn 6.30 p.m. u 8.00 p.m. Is-segretarjat ikun miftuħ anki qabel il-partiti kollha ta’ Juventus. Matthew Scerri