Raiola jiltaqa’ ma’ Everton dwar Lukaku

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Daily Express’ qed jagħtu l-aħbar li Mino Raiola se jiltaqa’ mad-diriġenza ta’ Everton. Hu jrid ikellimhom dwar il-kuntratt il-ġdid ta’ Lukaku u se jitlobhom żieda sostanzjali fil-paga. Allegatament Raiola hu miftiehem ma’ Juventus biex ‘il quddiem l-attakkant jissieħeb mal-Bianconeri. Matthew Scerri

Il-pjan ta’ Barcellona għal Pogba

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta ‘Mundo Deportivo’ qed tirraporta li Barcellona għandhom pjan sabiex jixtru lil Pogba fl-2016. Huma ma jistgħux jixtru plejers sa Jannar tal-2016. Barcellona għall-ewwel riedu jiftehmu ma’ Juventus fis-sajf, iħallu lil Pogba Turin sa Jannar biex imbagħad ikunu jistgħu jieħdu lil Pogba f’nofs staġun. Din l-idea ma għoġbitx lil Pogba li ma jridx jibda s-sena ma’ Juventus u jkompliha ma’ …

FIAT ma jibqgħux sponsors tal-Italja

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-FIAT mhix se tibqa’ sponsor tat-tim nazzjonali Taljana. Għada fil-partita Italja-Ingilterra mhux se jkun hemm riklami tal-FIAT madwar il-pitch tal-logħob. Wara l-kliem ta’ kritika ta’ John Elkann, issa għandna konferma oħra li l-familja Agnelli ma tridx taħfer lil Conte u lill-FIGC. Matthew Scerri

Merħba sabiħa għal Conte f’Turin

MatthewJuve News Leave a Comment

Antonio Conte ngħata merħba tajba f’Turin. Folla ta’ diversi mijiet ta’ persuni kienet rappurtata li nġabret ħdejn il-lukanda fejn jinsabu l-plejers tat-tim nazzjonali. Conte ntlaqa’ b’ċapċip u b’xhieda qawwija ta’ mħabba mis-supporters ta’ dak li se jibqa’ dejjem il-klabb tiegħu, Juventus. Infakkru li l-Azzurri jinsabu Turin peress li nhar it-Tlieta se jilagħbu partita ta’ ħbiberija kontra l-Ingilterra fil-Juventus Stadium. Matthew …

Vidal: “Ħafna ħmerijiet dwar irkopti”

MatthewJuve News Leave a Comment

Arturo Vidal iddikjara llum li inkitbu u ntqalu ħafna ħmerijiet dwar irkoptu u l-fiżiku tiegħu. Hu qal li jinsab tajjeb u li jinsab determinat li jagħti sehmu biex jirbaħ iċ-Champions League ma’ Juventus u l-Coppa America maċ-Ċili. Finalment Vidal iddefenda l-għażla li jilgħab fit-Tazza tad-Dinja wara l-operazzjoni f’irkuptu. Hu qal li għamel dan wara li awtoraizzah il-Professur li operah u …

Aħbarijiet tal-calciomercato (29 ta’ Marzu 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Manchester City interessati f’Morata ‘As’ qed isostnu li hemm anki Manchester City li jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi ta’ Alvaro Morata.  Huma fil-fatt iridu attakkant minflok Jovetic u Dzeko. Il-prezz ta’ Darmian Torino se jitolbu madwar 15-il miljun Ewro għal Matteo Darmian. Huma jidher lesti li jbigħuh u se jibdew jilqgħu offerti minn 15-il miljun Ewro ‘l fuq. Neto ma …

Barcellona jridu lil Llorente

MatthewJuve News Leave a Comment

Minn Spanja tasal l-aħbar li Barcellona huma mill-ġdid interessati f’Fernando Llorente. Huma fil-fatt iridu attakkant riserva bla ma jonfqu wisq flus. Għaldaqstant qed isegwu lil Llorente li huma jemmnu li jistgħu jixtru għal madwar 12-il miljun Ewro. Matthew Scerri