Illum se jkun ippreżentat Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum f’nofsinhar Paulo Dybala se jkun ippreżentat uffiċjalment waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Juventus Stadium f’nofsinhar. Wara Dybala se jżur il-JMuseum u wara se jkun fl-iStadium Megastore biex jiltaqa’ ma’ xi sapporters u jiffirma l-flokkijiet. Matthew Scerri

Tevez: “Juventus għal dejjem f’qalbi”

MatthewJuve News Leave a Comment

Carlos Tevez sellem lis-sapporters ta’ Juventus bi kliem tassew mill-isbaħ. Hu spjega li kienet għażla diffiċli għalih peress li Juventus hu klabb li għamlu tassew kuntent u li miegħu reġa’ skopra l-pjaċir li jilgħab il-futbol. Tevez ħallina għax irid ikun ma’ familtu fl-Arġentina, imma wiegħed li l-Juventus u l-Juventini se jibqagħu għal dejjem f’qalbu. Dan hu l-messaġġ tiegħu fuq Twitter: …

Uffiċjali: Tevez ma’ Boca Juniors

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus ħabbru d-dettalji tat-trasferiment ta’ Carlos Tevez ma’ Boca Juniors. L-Arġentini xtrawh għal 6.5 miljun Ewro. Min-naħa tagħhom Juventus kisbu b’self lil Guido Vadalà, liema self ġie jiswa 3.5 miljun Ewro. Juventus għandhom id-dritt sal-20 ta’ April 2017 li jkunu jistgħu jixtru lil Vadalà għal kollox għas-somma ta’ 9.4 miljun Ewro. Il-Bianconeri ħallsu anki 3 miljuni lil Boca Juniors sabiex …

X’jista’ jwassal biex Ozil jingħaqad ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Hemm diversi raġunijiet li jistgħu jwasslu biex Mesut Ozil effettivament jasal biex jingħaqad ma’ Juventus. Qabelxejn hu ħabib kbir ta’ Sami Khedira u barra minn hekk l-isponsor tiegħu huma Adidas, li għadhom kif rabtu isimhom ma’ Juventus. Barra minn hekk hemm ir-relazzjonijiet mhux daqstant tajba bejn Ozil u Wenger. Matthew Scerri

Intervista lis-Segretarju tal-klabb tagħna

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum qed inwasslulkom intervista ma’ Joe Shields, is-Segretarju tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975). X’inhu x-xogħol ta’ Segretarju fi ħdan il-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975)? L-irwol ta’ Segretarju innifsu huwa responsabbli minn kulma jseħħ fil-klabb. Ix-xogħol fis-Segretarjat jinkludi, tiġdid tat-tesseramenti u reġistrazzjoni ta’ membri  ġodda. Fil-fatt l-uffiċċju tal-klabb ikun miftuħ kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis mis-6.30 sat-8.00 …