L-aqwa mumenti tal-2014 bir-ritratti (it-tieni parti)

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed nippreżentaw hawn ġabra ta’ 25 ritratt tal-aqwa mumenti tal-2014. Ir-ritratti huma meħuda mill-paġna Facebook ta’ Juventus. Din hi t-tieni ġabra ta’ ritratti wara dawk li kellna ftit tal-jiem ilu. Nota: qed tikklikkjaw fuq wieħed mir-ritratti, tinfetaħ awtomatikament slideshow b’ritratti b’qies kbir.

Kuntatt mill-ġdid għal Rolando

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum stess mistennija jkun hem kuntatti bejn Juventus u Porto għat-trasferiment ta’ Rolando. Il-Bianconeri qed joffru 500,000 elf għas-self tiegħu sa Ġunju, bid-dritt li jkunu jistgħu jixtruh għal kollox fis-sajf għas-somma ta’ 4.5 miljun Ewro. Porto, mill-banda l-oħra, qed jitolbu 1 miljun Ewro għas-self, bl-akkwist definittiv ikun jiswa 7 miljuni. Matthew Scerri

L-ismijiet kollha għat-trekwartista

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara l-intervista ta’ ftit jiem ilu fejn Allegri esprima x-xewqa li jkollu trekwartista fit-tim, jiġifieri plejer li jilgħab bejn il-midfield u l-attakk, il-gazzetti u s-siti tal-futbol huma mifqugħa b’aħbarijiet dwa akkwisti possibbli f’din il-pożizzjoni. L-ismijiet li qed isiru bl-iktar insistenza huma dawk ta’ Shaqiri u Sneijder. Qed jissemmew anki Ben Arfa, Taarabt u Vazquez. Ovvjament irridu nistennew ftit tal-jiem sabiex …

Montoya diffiċli

MatthewJuve News Leave a Comment

Intopp kbir fin-negozjati għal Martin Montoya. Fil-fatt Barcellona ma jirudx jafu li jinżlu mil-prezz ta’ 20 miljuni, li hi l-penali li trid titħallas sabiex hu jinħall mill-kuntratt tiegħu. Barcellona lanqas ma jridux jagħtuh b’self. Min-naħa tagħhom Juventus interessati biss li jiksbuh b’self sa Ġunju bid-dritt li jkunu jistgħu jixtruh għal kollox fis-sajf. Matthew Scerri

Aħbarijiet tal-Calciomercato (29 ta’ Diċembru 2014)

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Storari segwit minn Cagliari F’tentattiv iddisprat li jsalvaw l-istaġun tagħhom, Cagliari tefgħu għajnejhom fuq Marco Storari. Huma jridu l-esperjenza tiegħu sabiex iqumu fuq saqajhom. Diffiċli però li Juventus iħalluh jitlaq f’Jannar. Kramaric sejjer l-Ingilterra Il-futur ta’ Andrej Kramaric se jkun fil-Premier League Ingliża. Fil-fatt Juventus jidhru li dawru ħarsithom fuq plejers oħra. Leicester u Chelsea huma l-klabbs li għadhom iriduh. …

Paratici fl-Ingilterra għal Chiriches

MatthewJuve News Leave a Comment

Fabio Paratici lbieraħ kien l-Ingilterra fejn assista għall-partita bejn Tottenham u Manchester United. Hu mar jara fl-azzjoni lid-difensur Rumen ta’ Tottenham, Vlad Chiriches. Juventus iriduh f’każ li jfallilhom l-akkwist ta’ Rolando. Intant anki Roma jridu lil Chiriches b’saħħa. Matthew Scerri

Il-gazzetti Taljani tal-lum

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed inġibulkom hawn taħt l-ewwel paġna tat-tliet gazzetti tal-isports fl-Italja għal-lum it-Tnejn 29 ta’ Diċembru 2014. Nota: meta tikklikkjaw fuq l-istampi, tinfetaħ awtomatikament slideshow bl-istampi b’qies ikbar.

Irridu lil Nainggolan?

MatthewJuve News Leave a Comment

Aħbar kemxejn sorpriża hi li Juventus qed jippruvaw jiddefsu fin-nofs bejn Cagliari u Roma għal Nainggolan. Il-Belġjan għadu nofs bin-nofs bejn iż-żewġ klabbs. Hemm rumour li Juventus qed jippruvaw jixtru n-nofs ta’ Cagliari. Mhux magħruf jekk din l-aħbar hix vera jew le. Li hu ċert hu li s-supporters Juventin mhux se jaċċettaw malajr lil Nainggolan fit-tim tagħhom hekk kif hu …

Aħbarijiet tal-Calciomercato (28 ta’ Diċembru)

MatthewJuve News Leave a Comment

X’qed noffru għal Rolando? ‘Tuttosport’ tirraporta li Juventus lesti joffru nofs miljun Ewro għas-self ta’ Rolando minn hawn sa Ġunju. Il-Bianconeri jridu wkoll id-dritt li jkunu jistgħu jixtru lil Rolando għal kollox fis-sajf għas-somma ta’ 4.5 miljun Ewro. Interessati f’Danilo Difensur ieħor fil-mira ta’ Juventus hu Danilo Barbosa ta’ Braga. Hu jifforma parti mit-tim ta’ taħt l-20 sena tal-Brażil. L-akkwist …