Aħbarijiet tal-Calciomercato (2 ta’ Jannar 2015)

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Marotta b’offerta ġdida għal Shaqiri Minħabba l-konkorrenza ta’ Inter, Marotta kellu jibdel l-offerta tiegħu għal Shaqiri. Hu qed joffru 3 miljuni għas-self tiegħu sa Ġunju. Wara jrid l-obbligu li jixtrih għal kollox. Dan l-obbligu jidħol fis-seħħ biss jekk Juventus jirbħu l-iscudetto u fl-istess ħin jaslu sal-Kwarti Finali taċ-Champions League. Sneijder lest jgħid ‘iva’ lil Juventus Wesley Sneijder lest jiġi ma’ …

Interessati f’Musaku

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u klabbs oħra jinsabu interessati ferm f’Arthur Masuaku, full-back xellugi ta’ Olympiacos. Hu ħabib ħafna ta’ Pogba u għal xi żmien kienu joqogħdu fl-istess kamra meta jkunu impenjati mat-tim nazzjonali Franċiż. Olympiakos diġà stqarru li mhux se jbigħu għalissa peress li jridu jżommuh sa Ġunju magħhom. Matthew Scerri

Il-gazzetti tal-lum

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed inġibulkom hawn taħt l-ewwel paġna tat-tliet gazzetti tal-isports fl-Italja għal-lum 2 ta’ Jannar 2015. Nota: meta tikklikkjaw fuq l-istampi, tinfetaħ awtomatikament slideshow bl-istampi b’qies ikbar.

Juve Top XI 1975-2015. Ivvutaw għall-midfielders

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Tkompli l-inizjattiva tal-Club tagħna biex nagħżlu l-aqwa ħdax-il plejer Juventin fil-perjodu 1975-2015. Issa jmiss li nagħżlu l-aqwa plejers ta’ nofs il-grawnd. Tistgħu tivvutaw fil-paġna Facebook tal-Club tagħna sal-15 ta’ Jannar. Tridu tagħżlu fost dawn il-plejers: i) Massimo Bonini ii) Mauro Camoranesi iii) Fabio Capello iv) Franco Causio v) Antonio Conte vi) Edgar Davids vii) Didier Deschamps viii) Emerson ix) Angelo …

Aħbarijiet tal-Calciomercato (1 ta’ Jannar 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Martinez f’koppja ma’ Tevez? L-attakkant il-ġdid ta’ Juventus, skont ‘Sportmediaset’, se jkun Jackson Martinez. Juventus lesti jbigħu lil Llorente u jinvestu 35-40 miljun Ewro fl-akkwist ta’ Martinez. Giovinco fil-mira ta’ Bologna Bologna huma tassew interessati f’Sebastian Giovinco. Huma jriduh minn issa u qed iwegħduh skwadra qawwija fis-Serie A mibnija madwaru. Mhux se jkun faċli, però, li Giovinco jaċċetta li jinżel …

100 miljun għal Pogba!

MatthewJuve News Leave a Comment

Mill-Ingilterra tasal l-aħbar li Manchester United lesti jagħmlu ġennata sabiex jiksbu lura lil Paul Pogba. ‘Daily Express’ tikteb li peress li r-Red Devils mhux se jirnexxilhom jieħdu lil Garteh Bale, huma dawru ħarsithom fuq Juventus. Skont din il-gazzetta Manchester United lesti joffru 100 miljun Ewro għal Pogba. Matthew Scerri

Juve Top XI 1975-2015. Id-difensuri magħżula minnkom

MatthewJuve News Leave a Comment

Ilbieraħ intemmet il-votazzjoni għad-difensuri tal-Aqwa Tim Juventin fis-snin 1975-2015. L-erba’ difensuri magħżula minnkom huma: Scirea, Cannavaro, Cabrini u Thuram. Il-voti marru kif ġej: Scirea 95 vot Cannavaro 84 vot Cabrini 77 vot Thuram 54 vot Isegwu : Chiellini 40 , Zambrotta 39 , Gentile 36 , Ferrara 30 , Montero 18 , Barzagli 11 , Torricelli u Bonucci 6 , …

Il-prezz ta’ Shaqiri

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-website ‘Tuttojuve.com’ tagħti l-aħbar li Bayern Munich stabilew il-prezz ta’ Xherdan Shaqiri. Huma jridu 18-il miljun Ewro cash, u mhux se jaċċettaw self. Juventus, Inter u Liverpool huma l-iktar klabbs interessati fih. Matthew Scerri