Marotta jgħid tiegħu dwar il-mercato

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn ‘Rai’, Beppe Marotta sostna li Juventus huma sodisfatti immens bl-iskwadra ta’ din is-sena. Skont hu, Juventus mhux se jagħmlu akkwisti kbar f’Jannar. L-uniċi akkwisti se jsiru biss fid-difiża minħabba l-ħafna injuries li kien hemm f’din l-ewwel parti tal-istaġun. Matthew Scerri

Roma ħadu lil Perotti?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta “La Repubblica” tat l-aħbar illum li Roma laħqu ftehim ma’ Genoa għall-akkwist ta’ Diego Perotti. Hu kien segwit anki minn Juventus, Inter u Milan. Minn dak li naqraw fuq “La Repubblica” jirriżulta li Roma għelbu l-konkorrenza ta’ kulħadd u rnexxilhom jixtru lil Perotti. Għadu mhux magħruf jekk Perotti huwiex se jingħaqad ma’ Roma f’Jannar jew inkella fis-Sajf 2015. Matthew …

Imsemmi anki Vidic

MatthewJuve News Leave a Comment

Milli jidher Juventus qed jikkunsidraw anki lil Nemanja Vidic sabiex isaħħu lid-difiża tagħhom. Vidic ma marx tajjeb ma’ Inter, tant li mhux qed igawdi mill-fiduċja ta’ Mancini. Qed jissemma li Vidic irid jitlaq lil Inter u allura Juventus ikunu kuntenti li jilqgħuh. Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum ‘Gobbo Maltese’ qed iġibulna video ta’ partita li ntlagħbet fil-21 ta’ Diċembru 1980. L-avversarji ta’ Juventus kienu Udinese, bit-tim ta’ Trapattoni jirbaħ il-konfront bl-iskor ta’ 4-0  

Rebħa fid-Derby għat-tim Primavera

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus Primavera kisbu rebħa oħra kontra Torino. Din id-darba t-timijiet iltaqgħu fil-Kwarti-Finali tal-Coppa Italia u għal darb’oħra l-Bianconeri ħarġu rebbieħa. Huma għaddew għas-SemiFinali fejn se jkollhom lil Lazio bħala l-avversarji tagħhom. TORINO-JUVENTUS 0-1 Skorjaw: Muratore (J). Torino: Zaccagno, Troiani, Procopio, Fissore, Dalmasso, Proia (Thiao), Edera (Monni), Graziano, Trani (Lescano), Morra, Rosso. Kowċ: Moreno Longo. Juventus: Volpe, Roussos, De Biasi, Sakor, …

Profil ta’ Stefano Tacconi

MatthewJuve News Leave a Comment

Stefano Tacconi hu l-mistieden speċjali tal-Club tagħna għal dan il-Milied. Tajjeb inkunu nafu aħjar u aktar mill-qrib lil dawn il-gowlkiper leġġendarju ta’ Juventus li hu l-uniku wieħed li qatt rebaħ it-tliet tazzi Ewropej: it-Tazza Uefa, it-Tazza tat-Tazzi u t-Tazza taċ-Champions. B’kollaborazzjoni ma’ ‘Gobbo Maltese’ qed inġibu hawn taħt video bi profil ta’ Tacconi.

Ritratti tal-ikla ma’ Tacconi

MatthewJuve News 1 Comment

Hawn taħt għandkom issibu ġabra ta’ ritratti tal-ikla li saret is-Sibt 20 ta’ Diċembru 2014 fl-okkażjoni taż-żjara ta’ Stefano Tacconi. Nota: jekk tikklikkjaw fuq waħda mill-istampi, awtomatikament tinfetaħ slideshow bir-ritratti b’qies ikbar.

Montoya. Juve mhux iktar interessati?

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Sport’ tat l-aħbar li Juventus mhux qegħdin isegwu iktar lil Montoya ta’ Barcellona. Fil-fatt huma fehmu li Barcellona mhux se jħalluh jitlaq għal ftit flus u peress li l-Bianconeri ma jinsabux interessati li jonfqu ħafna, allura ddeċidew li ma jkomplux isegwu iktar lil Montoya, Matthew Scerri

Imressqa l-offerta għal Rolando

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent ta’ Rolando beda jaħdem bit-tir li Porto jħallu lid-difensur isib tim ġdid. ‘Tuttosport’ tirraporta li hu ressaq l-offerta ta’ Juventus lil Porto. Il-Bianconeri jridu lil Rolando b’self sa Ġunju bid-dritt li jkunu jistgħu jixtruh fis-sajf. Porto però ma jridux li jitilfu lil Rolando b’xejn, speċjali wara li Zenit ressqu offerta ta’ 5 miljuni għalih. Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat

MatthewJuve News Leave a Comment

Irnexxilna nsibu filmat storiku li jmur lura għall-20 ta’ Diċembru 1953. Wieħed u sittin sena ilu Juventus u Milan kienu lagħbu kontra xulxin fil-kampjonat, bir-Rossoneri jirbħu l-konfront bl-iskor ta’ 1-0. Min dan il-filmat naraw kemm verament inbidel il-futbol Taljan. Interessati tosservaw is-supporters bilweiqfa ftit passi ‘l bogħod mill-pitch. Kienu s-snin ftit wara tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija u l-Italja kien qed …