Uffiċjali: Khedira ffirma ma’ Juventus!

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus ħabbru b’mod uffiċjali li Sami Khedira ffirma magħhom sat-30 ta’ Ġunju 2019. Hu se jibda l-avventura Bianconera tiegħu mill-1 ta’ Lulju, jum wara li jintemmlu l-kuntratt li għandu ma’ Real Madrid. Fl-età ta’ 28 sena, Khedira hu wieħed mill-aqwa midfielders tad-dinja. Hu beda l-karriera ma’ Stuttgart fejn rebaħ ħafna u wara, fl-2010, ingħaqad ma’ Real Madrid, fejn anki hawn …

Genoa u Palermo jridu lil Coman

MatthewJuve News Leave a Comment

Genoa talbu lil Kingsley Coman b’self. Anki Palermo jinsabu interessati fih. Juventus għadhom ma jafux eżattament x’se jagħmlu b’Coman. Probabbli li jkun misluf għalkemm hemm il-possibbiltà li Allegri jżommu sena oħra miegħu. Matthew Scerri

Avviż importanti

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-membri huma ġentilment mitluba li fl-okkażjonijiet tal-Ġimgħa u l-Ħadd, meta se jkun hemm Birindelli, Davids u Ferrara fil-Club, hu ferm importanti li kulħadd iġib miegħu t-tessera jew il-voucher (ir-wristband) mogħtija fl-iStreet Party. Dan sabiex inħaffu l-proċess għad-dħul fil-klabb dakinhar. Nitlob il-koperazjoni tagħkom sabiex nevitaw kull inkonvenjent. Grazzi Joseph Fenech President

Tevez. Juve, PSG jew Boca Juniors?

MatthewJuve News Leave a Comment

Hemm ħafna spekulazzjonijiet dwar interessament qawwi ta’ PSG f’Carlos Tevez. F’dawn il-jiem Marotta jrid jitkellem ma’ Tevez biex jara x’se jagħmel għas-sena d-dieħla. L-għidut hu li Tevez jista’ jagħżel li jitlaq lil Juventus biex imur lura ma’ Boca Juniors jew inkella jingħaqad ma’ PSG. Li hu ċert hu li Tevez dejjem stqarr li dak ma’ Juventus hu l-aħħar kuntratt tiegħu …