Awguri!

MatthewJuve News Leave a Comment

Nawguraw Milied Hieni, mimli paċi u mħabba, lill-membri kollha tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) u lill-qarrejja kollha ta’ din il-website. Jalla dan il-Milied ikollkom l-opportunità li tirrilassaw u tqattgħu mumenti mill-isbaħ flimkien mal-għeżież tagħkom. Matthew Scerri Nota: Inħeġġukom sabiex anki intom tibagħtu l-messaġġi ta’ awgurju tagħkom billi tagħmlu użu mill-ispazju pprovdut hawn taħt.  

Shaqiri jew Zaza fl-attakk

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘Tuttosport’ Juventus qed jikkunsidraw serjament li jisilfu lil Sebastian Giovinco sa Ġunju u hekk jiffrankaw il-paga tiegħu. F’każ li dan verament iseħħ, il-Bianconeri jkollhom bżonn attakkant ieħor. L-ismijiet li qed isiru huma dawk ta’ Xherdan Shaqiri ta’ Bayern Munich u Simone Zaza ta’ Sassuolo. Matthew Scerri

Messaġġ mill-President

MatthewJuve News Leave a Comment

Ħbieb membri u qarrejja ta’ din il-website, Resqin lejn tmiem sena ta’ suċċessi kemm fil-kamp Juventin, kif ukoll fuq livell ta’ Club. Kienet sena li rat lill-Club tagħna jkompli jikber u jtejjeb is-servizz tiegħu lill-membri. Kburin li, jien u sħabi tal-Kumitat, konna ta’ servizz għalikom ilkoll u nwegħedkom li se nibqgħu naħdmu sabiex intom ikollkom dejjem l-aħjar, kif jixirqilkom u …

Kif se nsaħħu lit-tim

MatthewJuve News Leave a Comment

Difensur, winger u attakkant. Skont ‘Tuttosport’ Juventus se jkunu qed ifittxu tliet plejers ġodda sabiex isaħħu lit-tim tagħhom. Is-Super Cup uriet għal darb’oħra li hemm bżonn difensur ta’ esperjenza u affidabbli. Fl-istess ħin neħtieġu anki attakkant li jiskorja ħafna gowls u winger li kapaċi joħloq l-okkażjonijiet ta’ gowls. B’dawn l-akkwisti Juventus jistgħu jkunu ferm iktar b’saħħithom sabiex jikkompetu fl-Ewropa. Matthew …

Pirlo jrid spjegazzjoni

MatthewJuve News Leave a Comment

Mill-edizzjoni tal-lum ta’ “Tuttosport” insiru nafu li Andrea Pirlo xejn ma ħa gost li Allegri bidlu fis-Super Cup. Skont il-gazzetta minn Turin, Pirlo jrid jiċċara xi affarijiet ma’ Allegri malli jirritorna Turin fil-31 ta’ Diċembru għall-bidu tat-training. Nafu li fil-passat Pirlo u Allegri ma tantx kienu jingwalawha, tant Pirlo kien jagħti t-tort lil Allegri għall-fatt li hu kellu jitlaq minn …

Da Silva fil-mira ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u Manchester City huma interessanti ferm li jiksbu s-servizzi ta’ Victor da Silva, attakkant ta’ 19-il sena li Chievo din is-sena silfu lil Pescara. Hu qed ikollu staġun mill-aqwa ma’ Pescara u allura Juventus qed jitħajru għalih. L-istess jgħodd għal Manchester City li ilhom isegwuh. Matthew Scerri

Rebbieħa tat-Tieni Diviżjoni tal-billiards

MatthewJuve News Leave a Comment

Bi pjaċir kbir nixtiequ ninfurmawkom li t-tim tal-Club tagħna tal-billiards rebaħ il-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni. Prosit tassew lil kulmin jifforma t-tim u lil dawk kollha li b’xi mod qed jaħdmu favor dan it-tim. Konvint li, lil hinn mir-riżultati, dan it-tim qed jaqdi funzjoni mill-aqwa fi ħdan il-Club tagħna għax qed jippromwovi l-valur tal-isportività, il-ħbiberija u t-team work. Matthew Scerri

Intervista Simone Zaza

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn ‘UEFA.com’, Simone Zaza ddikjara li se jibqa’ jiftakar s-sena 2014 peress li matulha ddebutta mat-tim nazzjonali. Hu rringrazzja ħafna lil Conte għal dan, u sostna li hu rikonoxxenti ħafna lejh peress li għenu jidħol fil-mekkaniżmi tal-Azzurri. Zaza stqarr ukoll li jixtieq jilgħab f’tim kbir, però għalissa moħħu biss f’Sassuolo peress li jemmen li huma l-aħjar soluzzjoni għalih sabiex …

Coppa Italia. Juve-Verona fil-15 ta’ Jannar

MatthewJuve News Leave a Comment

Sar magħruf anki l-programm tar-Rawnd tal-Aħħar Sittax tal-Coppa Italia. Il-partiti se jintlagħbu kif ġej: 13 ta’ Jannar Milan-Sassuolo (9.00 p.m.) 14 ta’ Jannar Parma-Cagliari (6.00 p.m.) Torino-Lazio (9.00 p.m.) 15 ta’ Jannar Juventus-Hellas Verona (9.00 p.m.) 20 ta’ Jannar Roma-Empoli (9.00 p.m.) 21 ta’ Jannar Fiorentina-Atalanta (6.00 p.m.) Inter-Sampdoria (9.00 p.m.) 22 ta’ Jannar Napoli-Udinese (9.00 p.m.) Matthew Scerri