Juventus-Napoli 7-8 (wara l-penalties)

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Napoli rebħu s-Super Cup bil-lotterija tal-penalties. Fil-grawnd Juventus kienu kemxejn aħjar minn Napoli, imma bħas-soltu ma jrnexxiliex nagħlqu l-partita. Higuain wieġeb darbtejn lil Tevez biex xejjen it-tajjeb kollu li l-istilla Bianconera ħolqot. Kollox ma’ kollox l-iskwadra kienet għajjiena ferm wara erba’ xhur intensivi wisq. Kien imissna għarafna nikkontrollaw aħjar il-partita, u fuq kollox hemm bżonn li nidraw darba għal dejjem …

Kif taħsuha?

MatthewJuve News 2 Comments

Nixtiequ nistidnukom sabiex tibagħtulna l-kummenti u l-opinjonijiet tagħkom dwar il-partita tas-Super Cup, Juventus-Napoli. X’jidhrilkom mill-wirja tat-tim Juventin? Min taħsbu li kien l-iktar plejer determinanti? Taqblu mal-għażliet kollha ta’ Allegri? Insomma ħallulna hawn taħt il-kummenti tagħkom fuq din il-partita. Napprezzaw ħafna jekk tibdew tieħdu sehem b’mod iktar attiv billi tikkummentaw ta’ spiss f’din il-website. Matthew Scerri

Avviż importanti

MatthewJuve News Leave a Comment

Ilni kwazi sena li ktibt dan l-avviż u għad hawn min ma tax kas. Xebgħu jitolbuna biljetti għal logħba kontra Borussia Dortmund u logħob ieħor. Kont għidtilkom li l-Juventus Club DOC ‘VERO AMORE’ Malta 1975 huwa club, club veru, club imexxi minn nies dedikati u maturi, club li il-biljetti lil membri jagħtihomlhom at FACEVALUE, għalhekk il-club tagħna mhuwiex biljetterija. Min …

Għadu ħaj l-interess f’Montoya

MatthewJuve News Leave a Comment

Meta l-gazzetti kienu qed jirrapurtaw li Juventus waqfu milli jkomplu jinnegozjaw l-akkwist ta’ Montoya, f’daqqa waħda wasal kumment tal-aġent Juan Carrasco li għamilha ċara li Juventus huma fost il-ħafna timijiet li għadhom iridu lill-full-back ta’ Barcellona. Skont Carrasco, Juventus iridu lil Montoya malajr kemm jista’ jkun. Hu sostna li Montoya jinsab onorat li tim bħal Juventus iridu. Matthew Scerri

Aħbarijiet tal-Calciomercato (22 ta’ Diċembru 2014)

MatthewJuve News Leave a Comment

Irridu lil Ronaldo Ronaldo fil-mira ta’ Juventus. Iva qrajtu sewwa, irridu lil Ronaldo. Però mhuwiex Cristiano Ronaldo ta’ Real Madrid. Il-plejer inkwistjoni hu Ronaldo Pompeu da Silva, midfielder Brażiljan ta’ Pro Vercelli. Is-sidien proprji tiegħu huma Empoli. Skont ‘Tuttomercatoweb’ Juventus ilhom isegwuh u issa ddeċidew li jressqu offerta għalih. Neto ma’ Roma minn Jannar? Fil-ħarġa tal-lum ta’ “La Gazzetta dello …

Costa Rica bil-flokk ta’ Juventus fl-Italia ’90

MatthewJuve News Leave a Comment

F’Doha, il-Qatar, jgħix Bora Milutinovic, il-kowċ li jibqa’ magħruf għax mexxa ħames timijiet differenti f’ħames edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja. Bħalissa hu jinsab il-Qatar bħala konsulent għat-Tazza tad-Dinja li se tiġi organizzata f’dan il-pajjiż fl-2022. Milutinovic żvela episodju ħelu ħafna li jmur lura għal 1990 u preċiżament għall-Italia ’90. Dak iż-żmien hu kien kowċ tal-Costa Rica, imma l-Federazzjoni ma kelliex il-flus biex …

Juve-Napoli. Mhux l-ewwel darba fis-Super Cup

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus-Napoli mhix se tkun l-ewwel sfida bejn iż-żewġ timijiet fis-Super Cup Taljana. Fil-fatt diġà kellna żewġ konfronti oħra fis-snin li għaddew.   L-ewwel darba li Juventus u Napoli ltaqgħu fil-Finali tas-Super Cup Taljana kien fl-1990. Fl-1 ta’ Settembru ta’ dik is-sena ċ-Champions tal-Italja Napoli lagħbu kontra Juventus li kien għadhom jirbħu l-Coppa Italja. Peress li Napoli kienu rebħu l-iscudetto, huma …

Is-Super Cup matul iż-żmien

MatthewJuve News Leave a Comment

Qegħdin inġibu hawnhekk ftit statistika tal-Finali tas-Super Cup Taljana. Se ssibu r-riżultati kollha tal-edizzjonijiet li ntlagħbu s’issa. Staġun 2012-13 18/08/2013 Stadio “Olimpico”, Roma Juventus – Lazio 4 – 0  Staġun 2012-13 11/08/2012 Bird’s Nest Stadium, Beijing Juventus – Napoli 4 – 2 (wara l-ħin supplementari)  Staġun 2011-12 06/08/2011 Bird’s Nest Stadium, Beijing Milan – Inter 2 – 1  Staġun 2010-11 21/08/2010 Stadio San …