Milan-Juventus 4-2

MatthewJuve News Leave a Comment

Milan-Juventus hi forsi waħda mill-aktar partiti inkredibbli f’dan l-istaġun. Fl-ewwel taqsima kien hemm ekwilibriju assolut fil-grawnd, b’Juventus jilagħbu tajjeb imma b’inqas fantasija mis-soltu u atletikament inqas b’saħħithom mill-aħħar wirjiet. It-tieni taqsima, imbagħad, bdiet b’Juventus imorru f’vantaġġ ta’ 0-2 b’gowls ta’ Rabiot (ħarba tassew sabiħa) u Ronaldo. Imbagħad ir-referee ta penalty lil Milan bil-VAR u l-istess bħalma ġara kontra Torino, Juventus …

Il-President ta’ Barcellona jispjega x’wassal għall-bdil Arthur-Pjanic

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn Rac 1, il-President ta’ Barcellona, Bartomeu spjega l-akkwist ta’ Pjanic min-naħa tal-klabb tiegħu. Hu sostna li l-bdil Pjanic-Arthur sar prinċipalment għax Barcellona kien ilhom iridu lil Pjanic u jemmnu li hu utli għat-tim tagħhom. Imbagħad hemm raġunijiet ekonomiċi li wasslu għal dan il-bdil, anki jekk Bartomeu eskluda li l-ftehim sar sabiex l-accounts tal-klabb ikunu f’posthom. Matthew Scerri

Il-plejers mgħajta għal Milan-Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-plejers mgħajta minn Sarri għall-partita tal-lejla kontra Milan huma: Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon Difensuri: Chiellini, Alex Sandro, Danilo, Bonucci, Rugani, Coccolo Plejers ta’ nofs il-grawnd: Pjanic, Ramsey, Matuidi, Rabiot, Bentancur, Muratore Attakkanti: Ronaldo, Douglas Costa, Cuadrado, Higuain, Bernardeschi, Olivieri, Vrioni Matthew Scerri