Fi kliemu stess, Andrea Pirlo lest jikkunsidra li jitlaq lil Juventus jekk fis-6 ta’ Ġunju jirbaħ iċ-Champions League. Probabbli li hu jmur item il-karriera tiegħu fl-Amerka jew fil-Qatar fejn jistgħu joffrulu paga fenomenali. Fl-istess ħin, però hemm anki l-opportunità li jibqa’ fl-Ewropa b’Liverpool u Chelsea li lesti joffrulu kuntratt. Matthew Scerri
Offerta fenomenali għal Pogba
Il-gazzetta ‘The Sun’ qed tagħti l-aħbar dalgħodu li Manchester City qed iħejju offerta fenomenali għal Paul Pogba. Huma fil-fatt lesti joffru 120 miljun Ewro, somma li diffiċilment Juventus se jkunu jistgħu jirrifjutaw. Matthew Scerri
L-opinjoni ta’ Nedved dwar il-Finali tas-6 ta’ Ġunju
F’intervista Pavel Nedved tkellem dwar il-Finali taċ-Champions League. Hu qal li jemmen li Juventus m’għandhomx jiddefendu kontra Barcellona. Anzi, minflok il-Bianconeri jmisshom jattakkaw lil Barcellona u jippruvaw joħolqulhom problemi bl-attakkanti li għandhom fit-tim. Fl-opinjoni ta’ Nedved f’Finali fuq partita waħda jgħodd iktar kif inkun it-tim fiżikament dakinhar aktar milli l-kwalitajiet tekniċi tal-plejers. Nedved stqarr ukoll f’din l-intervista li issa qed …
Il-gazzetti tal-lum (28 ta’ Mejju 2015)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġna tat-tliet gazzetti Taljani tal-isports li huma pubblikati llum it-28 ta’ Mejju 2015. Infakkrukom li meta tikklikkjaw fuq waħda mill-istampi, awtomatikament tinfetaħ slideshow bir-ritratti ta’ qies ikbar.
Video: il-festa għat-33 scudetto ta’ Juventus
Video tassew sabiħ imħejji minn Juventus li jfakkarna x’ġara s-Sibt 23 ta’ Mejju 2015 fil-ġurnata ta’ ċelebrazzjonijiet għar-rebħ tat-33 scudetto fl-istorja ta’ Juventus.
Uffiċjali: Isla lura ma’ Juventus
QPR ħabbru uffiċjalment li mhux se jixtru għal kollox lil Mauricio Isla u Eduardo Vargas li kienu mislufin lilhom f’dan l-istaġun minn Juventus u Napoli rispettivament. Iż-żewġ Ċileni sejrin lura l-Italja b’Juventus u Napoli jridu jaraw x’se jagħmlu bihom. Matthew Scerri
Għada se jsiru l-medical tests ta’ Dybala!
Paulo Dybala Turin biex għada filgħodu jsirlu l-medical tests. Din, kif nafu, hi l-aħħar formalità qabel ikun jista’ jiffirma l-kuntratt. Forsi din il-ġimgħa stess tasal l-aħbar uffiċjali tat-trasferiment tiegħu mal-Bianconeri. Matthew Scerri
Il-Kampanja Tesseramenti 2015/16 hi miftuħa!
Il-Kumitat għandu pjaċir iħabbar li l-Kampanja Tesseramenti għall-istaġun 2015/16 hi miftuħa. Il-ħlas ta’ sħubija għas-sena 2015/16 hu: € 25 – Irġiel u nisa li għandhom 17-il sena jew iktar € 15 – Zgħazagħ bejn 10 snin u 16-il sena b’xejn – Tfal taħt l-10 snin, anzjani li għandhom 65 sena jew iktar kif ukoll persuni b’diżabilità Tista’ tinkiteb bħala membru …
Asamoah, staġun diffiċli li jista’ jintemm bil-kbir
L-istaġun 2014/15 ma kienx wieħed faċli għal Kwadwo Asamoah. Prattikament hu qattgħu kollu barra mill-azzjoni minħabba uġigħ fl-irkoppa. F’Novembru 2014 saritlu operazzjoni u dam sitt xhur biex jirkupra għal kollox minnha. Asamoah ma jiffurmax parti mil-lista ta’ plejers li Juventus taw lill-UEFA f’Jannar. Għaldaqstant mhux se jkun jista’ jilgħab fil-Finali taċ-Champions League. Kollox ma’ kollox Asamoah se jkun wieħed mill-akkwisti …
Neto daqt jiddeċiedi l-futur tiegħu
Norberto Neto ddikjara pubblikament li qed jittama li bejn din il-ġimgħa u d-dieħla tittieħed id-deċiżjoni dwar fejn se jilgħab is-sena d-dieħla. Hu sostna li l-aġent tiegħu qed jieħu ħsieb kollox. Neto stqarr li l-għażla hi diffiċli u li hu se jagħmel dak li hu l-aħjar għall-karriera tiegħu. Matthew Scerri