Jitkellem il-President ta’ Boca Juniors dwar Tevez

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President ta’ Boca Juniors, Daniel Angelici jinsab Turin fejn fil-jiem li għaddew kellu laqgħat personali ma’ Carlos Tevez u Andrea Agnelli. Hu ddikjara li Boca Juniors iridu lura lil Tevez, iżda fl-istess ħin iridu jirrispettaw il-kuntratt li Tevez għandu ma’ Juventus sal-2016. Angelici ta x’wieħed jifhem li Tevez irid jibqa’ mal-Bianconeri sa tmiem il-kuntratt. ‘Il quddiem, u dan hu fatt …

7 Juventini fl-Aqwa Tim tas-Sena 2014

MatthewJuve News Leave a Comment

  Ilbieraħ inżammet il-“Gran Galà del Calcio AIC 2014” li matulha ġew ippremjati l-aqwa plejers tas-sena 2014. L-għażla saret direttament mill-kowċis, il-ġurnalisti u l-plejers stess tas-Serie A. Juventus kienu protagonisti assoluti tas-serata b’7 plejers fit-Top XI tas-sena. Interessati li l-midfield li ġie magħżul hu magħmul minn plejers kollha Juventini.   It-tim tas-sena hu: Buffon, Darmian, Barzagli, Benatia, Asamoah; Pogba, Pirlo, Vidal; …

Buffon fil-Juve Top XI 1975-2015

MatthewJuve News Leave a Comment

Kif diġà ħabbarna, bħala parti mill-festeġġamenti tal-40 Anniversarju mit-twaqqif tal-Club tagħna, il-Kumitat nieda inizjattiva sabiex intom il-membri tagħżlu l-Aqwa 11-il Plejer ta’ dawn l-aħħar 40 sena. Fil-paġna Facebook tal-Club tagħna saret il-votizzjoni għall-gowlkiper. Ir-rebbieħ hu Gigi Buffon.   Il-voti tqassmu kif ġej: Gianluigi Buffon …. 127 vot Dino Zoff ……………. 19-il vot Angelo Peruzzi ……. 3 voti Stefano Tacconi ….. …

Champions League. Il-programm tar-Rawnd tal-Aħħar Sittax

MatthewJuve News Leave a Comment

L-UEFA ħabbret id-dati meta se jintlagħbu l-partiti tar-rawnd tal-Aħħar Sittax taċ-Champions League. Juventus se jkunu impenjati fil-Juventus Stadium fl-24 ta’ Frar 2015, filwaqt li r-return match se jkun fil-Ġermanja fit-18 ta’ Marzu.   Dan li ġej hu l-programm sħiħ ta’ partiti:   17 ta’ Frar & 11 ta’ Marzu Paris Saint-Germain-Chelsea Shakhtar Donetsk-Bayern Munich 18 ta’ Frar & 10 ta’ Marzu …

Zaza f’Jannar?

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Il-website ‘Calciomercato.com’ tirraporta li Juventus se jippruvaw jieħdu lura lil Simone Zaza fis-sessjoni ta’ Jannar tas-suq tat-trasferimenti. Il-Bianconeri diġà għandhom ftehim f’dan is-sens ma’ Zaza nnifsu. Issa jonqos li Juventus jikkonvinċu lil Sassuolo jbigħulhom lil Zaza f’Jannar għal 15-il miljun Ewro.   Matthew Scerri

Borussia Dortmund se jkunu l-avversarji ta’ Juve

MatthewJuve News Leave a Comment

L-avversarji ta’ Juventus fiċ-Champions League huma Borussia Dortmund. L-urna ma tantx kienet ħanina ma’ Juventus hekk kif se jkollhom bħala avversarji li wieħed mill-aqwa timijiet ta’ dawn l-aħħar snin. Il-polza kollha hi: Basel-Porto Arsenal-Monaco Shakthar Donetsk-Bayern Munich Schalke 04-Real Madrid Juventus-Borussia Dortmund Bayer Leverkusen-Atletico Madrid Manchester City-Barcellona Paris Saint-German- Chelsea Matthew Scerri

Marotta: “Tevez se jibqa’ ma’ Juve”

MatthewJuve News Leave a Comment

Beppe Marotta llum wieġeb għad-domanda jekk Tevez huwiex se jibqa’ ma’ Juventus. Hu qal li għalissa mhux qed jiddiskutu l-kuntratt il-ġdid tiegħu peress li dak attwali fadallu ftit sew biex jintemm. Marotta ċaħad l-aħbar li Tevez se jmur lura l-Arġentina, anzi sostna li Tevez se jibqa’ żgur ma’ Juventus. Fi kliem Marotta, hu normali li Tevez iħobb l-Arġentina u qed …

L-ewwel gowl ta’ Evra

MatthewJuve News, Uncategorised Leave a Comment

Juventus-Sampdoria se tibqa’ mfakkra bħala l-partita li fiha Patrice Evra skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. Haw taħt qed inġibu  numru ta’ ritratti tal-gowl u l-mod kif hu feraħ wara li skorja.