Aħbarijiet tal-Calciomercato (19/12/2014)

MatthewJuve News Leave a Comment

Sturaro. Sena oħra ma’ Genoa? Skont ‘Il Secolo XIX’ Genoa talbu lil Juventus li jħallulhom b’self għal sena oħra lil Sturaro. Il-Bianconeri lesti jilqgħu t-talba tagħhom bil-kundizzjoni li jingħataw preferenza fl-akkwist ta’ Diego Perotti.   Interessati anki f’Rami Fl-aħħar sigħat Juventus jista’ jkun li bdew jitħajru li jieħdu lid-difensur ta’ Milan, Adil Rami. Allegri jafu sew. Tajjeb ngħidu li l-ewwel …

Juventus waslu l-Qatar

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus waslu fil-Qatar għall-ħabta tas-6.00 a.m. (ħin tal-Italja) fejn ġew milqugħa minn grupp ta’ madwar 100 supporter Juventin. It-tim Juventin ivvjaġġa matul il-lejl b’titjira direttament minn Cagliari fejn ilbieraħ il-Bianconeri kienu impenjati fl-aħħar partita tal-kampjonat għal din is-sena.   Matthew Scerri    

Juventus-Napoli. Videos ta’ preżentazzjoni

MatthewJuve News Leave a Comment

Bdejna resqin lejn l-aħħar partita tas-sena 2014, partita importanti ferm peress li tista’ twassalna għall-ewwel unur tal-istaġun. Juventus u Napoli se jiltaqgħu mill-ġdid għas-Super Cup Taljana. It-timijiet waslu għal din il-partita billi l-Bianconeri rebħu l-kampjonat b’rekord assolut ta’ 102 punt, filwaqt li Napoli huma r-rebbieħa tal-Coppa Italia. Is-Super Cup se tinżamm f’Doha, il-Qatar. Hawn taħt għandkom issibu videos ta’ preżentazzjoni …

Cagliari-Juventus 1-3

MatthewJuve News 2 Comments

Zeman megħlub fil-grawnd għal darb’oħra u bħal dejjem it-tim tiegħu sofra ftit gowls mhux ħażin mingħand il-Bianconeri. Ir-rebħa nnifisha mhi xejn speċjali peress li Cagliari huma tim pjuttost fjakk u mhux qed ikollu staġun tajjeb. Kollox ma’ kollox kienet partita bla storja. Madankollu hemm żewġ aspetti pożittivi li nistgħu noħorġu minn din il-partita. L-ewwel nett hi rebħa li tgħolli l-moral …

Għidulna x’jidhrilkom mill-partita tal-lum

MatthewJuve News Leave a Comment

Nixtiequ nistiednu lilkom il-qarrejja ta’ din il-website sabiex tibagħtu l-kummenti u l-opinjonijiet tagħkom dwar il-partita tal-lejla bejn Juventus u Cagliari. Tistgħu tagħmlu dan billi tħallu l-kummenti tagħkom fl-ispazju li jidher hawn taħt. Ovvjament jista’ jieħu sehem kulħadd … basta kulħadd ikun meqjus fi kliemu u nirrispettaw l-opinijiet tal-oħrajn.   Matthew Scerri

Inbidel il-ħin tas-Super Cup

MatthewJuve News Leave a Comment

Sar magħruf li kien hemm varjazzjoni ħafifa fil-programm tas-Super Cup tal-Italja. Fil-fatt il-partita se tintlagħab fis-6.30 p.m. minflok fis-6.00 p.m. kif kien imħabbar qabel. Infakkru li din il-partita bejn Juventus u Napoli se tintlagħab f’Doha, il-Qatar, nhar it-Tnejn 22 ta’ Diċemrbu 2014. Is-Super Cup Taljana se tixxandar fuq Rai Uno.   Matthew Scerri

Diżgwid bejn Juventus u l-FIGC

MatthewJuve News Leave a Comment

Xi klabbs tas-Serie A, fosthom anki Juventus, huma rappurtati li ma jridux japprova l-proposta li għada l-President tal-FIGC, Tavecchio se jressaq fil-laqgħa tal-Lega Calcio. Skont ‘La Gazzetta dello Sport’ Tavecchio se jitlob li jkun hemm tliet training camps għat-tim nazzjonali fi Frar u Ġunju. Juventus u l-klabbs l-oħra ma jridux japprovaw din il-proposta peress li mhix ġejja mill-FIFA. Skont ir-regolamenti …

Rankings FIFA. L-Italja fil-11-il post

MatthewJuve News Leave a Comment

Tħabbru r-Rankings FIFA għal dan it-tim tas-sena. Il-Ġermanja, li rebħet it-Tazza tad-Dinja, tinsab tokkupa l-ewwel post. Fit-tieni u fit-tielet post hemm l-Arġentina u l-Kolombja. L-Italja spiċċat fil-ħdax-il post.   L-ewwel għaxar timijiet fir-Rankings FIFA huma: Ġermanja Arġentina Kolombja Belġju Olanda Brażil Portugall Franza Spanja Urugwaj   Matthew Scerri