Kompromess dwar it-training camp tal-Italja

MatthewJuve News 1 Comment

Il-Lega tas-Serie A laqgħet parzjalment il-proposta ta’ Conte u l-FIGC sabiex fi Frar jinżamm training camp tat-tim nazzjonali Taljan. It-training camp se jsir, biss it-timijiet li huma impenjati fil-kompetizzjonijiet Ewropej għandhom id-dritt li jirrifjutaw li jibagħtu l-plejers tagħhom għat-training camp. Din is-soluzzjoni mhix togħġob lil Conte li jaf li Juventus mhux se jibagħtu l-plejers tagħhom u allura se jkollu nofs …

Il-gazzetti tal-lum (20 ta’ Diċembru 2014)

MatthewJuve News Leave a Comment

Hawn taħt qed inġibulkom l-ewwel paġna tat-tliet gazzetti tal-isports li jiġu ppubblikati fl-Italja. L-istampi li jidhru hawn huma l-frontpage tal-edizzjoni tal-lum. Nota: jekk tikklikkjaw fuq waħda mill-istampi, awtomatikament tinfetaħ slideshow bir-ritratti b’qies ikbar.    

X’qalu Tevez u Allegri

MatthewJuve News Leave a Comment

Dan li ġej hu parti minn dak li Tevez u Allegri stqarru fil-konferenza tal-aħbarijiet li saret tard ilbieraħ f’Doha. Minn kliemhom joħroġ ċar li Juventus iridu b’saħħa jirbħu s-Super Cup tal-Italja. TEVEZ : “La Supercoppa è importante. A questo punto della stagione c’è un po’ di stanchezza, ma serve una bella partita. Dopo il Mondiale era normale che Higuain accusasse …

Video: l-ewwel jum ta’ Juve f’Doha

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed inġibu hawn taħt video dwar l-ewwel jum ta’ Juventus f’Doha, il-Qatar. It-tim Juventin qed iħejji sabiex nhar it-Tnejn jilgħab kontra Napoli fil-Finali tas-Super Cup. Videos bħal dawn tkunu tistgħu ssibuhom fil-parti t’isfel tal-homepage ta’ din il-website.  

Valeri r-referee għas-Super Cup

MatthewJuve News Leave a Comment

Se jkun Paolo Valeri r-referee tal-Finali tas-Super Cup Taljana bejn Juventus u Napoli. Hu se jkun assistit minn Manganelli u Tonolini bħala linesmen, Giallattini bħala r-raba’ uffiċċjal, kif ukoll ukoll Banti u Calvarese. Ta’ min jgħid li Tonolini s-sena li għaddiet ma kienx induna bl-offside li wassal għall-gowl ta’ Callejon fir-rebħa ta’ 2-0 tan-Naplitani.   Matthew Scerri

Tour: Juventus vs Borussia Dortmund (23-26 ta’ Frar 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

It-Tnejn 23 ta’ Frar Niltaqgħu l-ajruport fis-07.00 am sabiex fid-09.00 am intiru bl-Air Malta lejn Milan. Mal-wasla tagħna bil-coach immorru lejn il-lukanda ġewwa Turin – Hotel Plaza (3*). Sistemazzjoni tal-kmamar u wara nofsinhar immorru nagħmlu t-tour tal-mużew u l-stadju (extra). It-Tlieta 24 ta’ Frar Breakfast. Dalgħodu jkollkom xi ħin liberu sabiex tkunu tistgħu taraw aħjar il-belt ta’ Turin. Tard wara …

Tour: Juventus vs Borussia / Atalanta (21-26 ta’ Frar 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-Sibt 21 ta’ Frar Niltaqgħu l-ajruport fis-07.00 am sabiex fid-09.00 am intiru bl-Air Malta lejn Milan. Mal-wasla tagħna bil-coach immorru lejn il-lukanda ġewwa Turin – Hotel Plaza (3*). Sistemazzjoni tal-kmamar u wara, dejjem bil-coach, immorru l-istadju għall-logħba Juventus vs Atalanta. Nirritornaw lura l-lukanda kif tispiċċa l-logħba. Il-Ħadd 22 ta’ Frar Breakfast fil-lukanda. Illum noffrulkom eskursjoni optional ta’ ġurnata sħiħa. L-ewwel …

Juventus-FIGC. Jidħlu fin-nofs l-avukati

MatthewJuve Uncategorised 2 Comments

‘Tuttosport’ tirraporta li Juventus qed jieħdu pariri legali sabiex jaraw kif jistgħu jopponu t-talba tal-FIGC li jinżamm training camp fil-bidu ta’ Frar. Conte jrid dan it-training camp biex ikun jista’ jaħdem mal-plejers tat-tim tiegħu u fl-istess ħin jibda jesperimenta ftit. Juventus ma jridux jafu li jisilfu l-plejers tagħhom lit-tim nazzjonali. Ma ninsewx li Juventus huma t-tim li l-iktar ikollu plejers …

Aħbarijiet tal-Calciomercato (19/12/2014)

MatthewJuve News Leave a Comment

Sturaro. Sena oħra ma’ Genoa? Skont ‘Il Secolo XIX’ Genoa talbu lil Juventus li jħallulhom b’self għal sena oħra lil Sturaro. Il-Bianconeri lesti jilqgħu t-talba tagħhom bil-kundizzjoni li jingħataw preferenza fl-akkwist ta’ Diego Perotti.   Interessati anki f’Rami Fl-aħħar sigħat Juventus jista’ jkun li bdew jitħajru li jieħdu lid-difensur ta’ Milan, Adil Rami. Allegri jafu sew. Tajjeb ngħidu li l-ewwel …

Juventus waslu l-Qatar

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus waslu fil-Qatar għall-ħabta tas-6.00 a.m. (ħin tal-Italja) fejn ġew milqugħa minn grupp ta’ madwar 100 supporter Juventin. It-tim Juventin ivvjaġġa matul il-lejl b’titjira direttament minn Cagliari fejn ilbieraħ il-Bianconeri kienu impenjati fl-aħħar partita tal-kampjonat għal din is-sena.   Matthew Scerri