Allegri u Bonucci sospiżi

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Massimiliano Allegri ġie sospiż għal partita waħda peress li fi tmiem Juventus-Sampdoria insulta lir-referee. Juventus ħabbru li se jappellaw għal din id-deċiżjoni.   Il-plejers kollha sospiżi fis-Serie A huma: Ruben Botta (Chievo), Cannavaro u Consigli (Sassuolo), Jansson (Torino), Perin (Genoa), Volta (Cesena), Agostini (Verona), Albiol (Napoli), Astori, Holebas u Pjanic (Roma), Bonucci (Juventus), Allan (Udinese), Perotti (Genoa), Romagnoli (Sampdoria), Vecino …

Il-mercato miftuħ mill-5 ta’ Jannar sat-2 ta’ Frar

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sessjoni tax-Xitwa tas-suq tat-trasferiment fl-Italja se tinfetaħ uffiċjalment fil-5 ta’ Jannar 2015. Hi se tibqa’ sejra sat-2 ta’ Frar. Juventus se jkunu impenjati sabiex isaħħu t-tim tagħhom. Hu maħsub li se jkun akkwistat difensur ċentrali. Fl-istess ħin Marotta qed jipprova jieħdu lil Zaza u Perotti sabiex l-attakk Juventin ikun iktar b’saħħtu għaċ-Champions League. Perotti hu segwit anki minn Milan u …

Neto. Juve għadhom interessati

MatthewJuve News Leave a Comment

Minkejja li ftit tal-ġimgħat ilu stqarr li hu ma kien qatt se jilgħab għal Juventus b’rispett lejn is-supporters ta’ Fiorentina, xorta waħda għad hemm spekulazzjonijiet li Norberto Neto jista’ jkun il-gowlkiper riserva l-ġdid tal-Bianconeri. Neto għandu kuntratt ma’ Fiorentina li jintemm fis-sajf 2015. Juventus iriduh hekk kif Storari u Rubinho mistennija jitilqu fi tmiem is-sena. Anki Roma u Liverpool iridu …

Jitkellem il-President ta’ Boca Juniors dwar Tevez

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President ta’ Boca Juniors, Daniel Angelici jinsab Turin fejn fil-jiem li għaddew kellu laqgħat personali ma’ Carlos Tevez u Andrea Agnelli. Hu ddikjara li Boca Juniors iridu lura lil Tevez, iżda fl-istess ħin iridu jirrispettaw il-kuntratt li Tevez għandu ma’ Juventus sal-2016. Angelici ta x’wieħed jifhem li Tevez irid jibqa’ mal-Bianconeri sa tmiem il-kuntratt. ‘Il quddiem, u dan hu fatt …

7 Juventini fl-Aqwa Tim tas-Sena 2014

MatthewJuve News Leave a Comment

  Ilbieraħ inżammet il-“Gran Galà del Calcio AIC 2014” li matulha ġew ippremjati l-aqwa plejers tas-sena 2014. L-għażla saret direttament mill-kowċis, il-ġurnalisti u l-plejers stess tas-Serie A. Juventus kienu protagonisti assoluti tas-serata b’7 plejers fit-Top XI tas-sena. Interessati li l-midfield li ġie magħżul hu magħmul minn plejers kollha Juventini.   It-tim tas-sena hu: Buffon, Darmian, Barzagli, Benatia, Asamoah; Pogba, Pirlo, Vidal; …

Buffon fil-Juve Top XI 1975-2015

MatthewJuve News Leave a Comment

Kif diġà ħabbarna, bħala parti mill-festeġġamenti tal-40 Anniversarju mit-twaqqif tal-Club tagħna, il-Kumitat nieda inizjattiva sabiex intom il-membri tagħżlu l-Aqwa 11-il Plejer ta’ dawn l-aħħar 40 sena. Fil-paġna Facebook tal-Club tagħna saret il-votizzjoni għall-gowlkiper. Ir-rebbieħ hu Gigi Buffon.   Il-voti tqassmu kif ġej: Gianluigi Buffon …. 127 vot Dino Zoff ……………. 19-il vot Angelo Peruzzi ……. 3 voti Stefano Tacconi ….. …

Champions League. Il-programm tar-Rawnd tal-Aħħar Sittax

MatthewJuve News Leave a Comment

L-UEFA ħabbret id-dati meta se jintlagħbu l-partiti tar-rawnd tal-Aħħar Sittax taċ-Champions League. Juventus se jkunu impenjati fil-Juventus Stadium fl-24 ta’ Frar 2015, filwaqt li r-return match se jkun fil-Ġermanja fit-18 ta’ Marzu.   Dan li ġej hu l-programm sħiħ ta’ partiti:   17 ta’ Frar & 11 ta’ Marzu Paris Saint-Germain-Chelsea Shakhtar Donetsk-Bayern Munich 18 ta’ Frar & 10 ta’ Marzu …

Zaza f’Jannar?

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Il-website ‘Calciomercato.com’ tirraporta li Juventus se jippruvaw jieħdu lura lil Simone Zaza fis-sessjoni ta’ Jannar tas-suq tat-trasferimenti. Il-Bianconeri diġà għandhom ftehim f’dan is-sens ma’ Zaza nnifsu. Issa jonqos li Juventus jikkonvinċu lil Sassuolo jbigħulhom lil Zaza f’Jannar għal 15-il miljun Ewro.   Matthew Scerri