Juventus-Roma 3-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus kisbu l-aċċess għas-Semi Finali tal-Coppa Italia wara li għelbu lil Roma bl-iskor ta’ 3-1. Il-gowls Bianconeri waslu kollha fl-ewwel taqsima li kienu ddominata mill-plejer ta’ Sarri. Ronaldo fetaħ l-iskor b’azzjoni personali mill-isbaħ. Bentancur għamilhom 2-0 wara azzjoni mill-aqwa flimkien ma’ Douglas Costa, u mbagħad Bonucci skurja t-tielet gowl b’daqqa ta’ ras. Fit-tieni taqsima Roma ppruvaw jiftħu mill-ġdid il-partita u …

Id-dettalji dwar it-tpartit bejn Rakitic u Bernardeschi

MatthewJuve News Leave a Comment

Kollox jindika li l-bdil bejn Rakitic u Bernardeschi mhux se jseħħ. Fil-fatt Juventus qed jitolbu somma flus apparti l-plejer Kroat. Barcellona ma tantx jidhru disposti li jilqgħu l-offerta tal-Bianconeri. Fil-jiem li għaddew kien hemm anki xnigħat li l-Ispanjoli kienu qed jitolbu huma nnifishom somma flus flimkien ma’ Bernardeschi għal dan it-tpartit. Matthew Scerri 

Bayern Munich iridu lil Douglas Costa lura

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Bild Bayern Munich iridu lura lil Douglas Costa. Allegatament il-kowċ Flick kellu laqgħa ma’ xi veterani tat-tim (Neuer, Müller, Kimmich u Lewandowski) u dawn talbu li l-Brażiljan jirritorna ma’ Bayern sabiex it-tim jagħmel qabża ta’ kwalità. Jidher li Bayern talbuh b’self, biss Paratici ma jridx jaf li jaċċetta ftehim ta’ dan it-tip. Matthew Scerri