Klawżola fil-kuntratt ta’ Icardi tagħmilha iktar diffiċli li jirritorna l-Italja

MatthewJuve News Leave a Comment

It-trasferiment ta’ Mauro Icardi ma’ Juventus hu dejjem iktar diffiċli hekk kif jidher li PSG aċċettaw klawżola fil-kuntratt li f’każ ta’ bejgħ tal-attakkant Arġentin lil xi klabb Taljan, il-Franċiżi jridu jħallsu 15-il miljun oħra lil Inter. Dil-klawżola tgħodd biss għas-sentejn li ġejjin. Dan kollu jfisser, però, li minn tal-inqas Juventus jew xi klabb ieħor Taljan irid joffri 73 miljun Ewro …

PSG joffru lil Paredes għal Pjanic

MatthewJuve News Leave a Comment

Id-deċiżjoni ta’ Arthur li ma jitlaq lil Barcellona tidher li wasslet, għalissa, għal waqfa fin-negozjati tal-akkwist ta’ Pjanic min-naħa tal-Ispanjoli. Intant xi timijiet oħra qed jippruvaw jiftħu mill-ġdid negozjati ma’ Juventus. Fost dawn hemm PSG li qed joffru lil Paredes fil-ftehim. Tajjeb ngħidu, però, li Pjanic għalissa donnu ma jridx jaf li jaċċetta trasferiment ma’ tim ieħor għajr Barcellona. Matthew …

Il-ħinijiet il-ġodda tal-partiti tas-Serie A

MatthewJuve News Leave a Comment

Għada t-Tnejn 1 ta’ Ġunju, il-Lega Calcio se tħabbar il-programm tal-logħob għal tmiem l-istaġun. Fi tmiem il-ġimgħa l-partiti se jintlagħbu fil-5.15 ta’ waranofsinhar, fis-7.30 u l-9.45 ta’ filgħaxija. Il-Union tal-plejers, però, qed toġġezzjona għall-partiti fil-5.15 p.m. minħabba s-sħana f’dawn ix-xhur. Matul il-ġimgħa l-ħinijiet tal-partiti għandu jkun dak tas-7.30 u l-9.45 ta’ filgħaxija. Matthew Scerri

Barcellona jridu jżommu lil Ansu Fati

MatthewJuve News Leave a Comment

Kif kien mistenni Barcellona ma jridux jafu li jitilqu minn idejhom lil Ansu Fati. Skont Mundo Deportivo, Barcellona jemmnu ħafna fit-talent tiegħu u mhux se jbigħuh. Lanqas ma jridux jaċċettaw li jpartuh ma’ Pjanic. It-taħdidiet bejn Juventus u Barcellona, għaldaqstant, iridu jkomplu fuq bażijiet oħra. Matthew Scerri

Il-preferenza ta’ Timo Werner

MatthewJuve News Leave a Comment

L-attakkant Ġermaniż ta’ Leipzig, Timo Werner, jidher li għamel l-għażla tiegħu. Hu rċieva offerti mingħand l-aqwa klabbs tal-Ewropa, fosthom anki Juventus, biss l-ewwel preferenza tiegħu hi għal Liverpool. Ta’ min jgħid li Liverpool qed joffru 60 miljun gal Werner, somma li Juventus u ħafna mit-timijiet l-oħra mhumiex disposti jonfqu għalih. Matthew Scerri

Bellerin ukoll fil-mira ta’ Juventus u Inter

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u Inter għadu jfittxu full-backs biex isaħħu l-linji tat-timijiet tagħhom. Fost il-ħafna plejers li qed isegwu hemm anki Hector Bellerin li, skont ESPN, ma jinsabx wisq konvint mill-proġett ta’ Arsenal u eventwalment lest jingħaqad ma’ tim ieħor li għandu pjanijiet iktar ambizzjużi. Matthew Scerri

Perin fil-ftehim għal Chiesa?

MatthewJuve News Leave a Comment

Apparti Romero, Pellegrini u Rugani, Juventus jinsabu lesti li jdaħħlu lil Perin fil-ftehim għall-akkwist ta’ Chiesa. Ovvjament mhux dawn il-plejers kollha se jingħata lil Fiorentina, biss it-tim ta’ Commisso se jkun jista’ jagħżel minnhom biex Juventus jixtru lil Chiesa mingħajr ma joħorġu ħafna flus kontanti. Matthew Scerri