Nhar it-Tnejn il-poloz taċ-Champions League

MatthewJuve News Leave a Comment

Nhar it-Tnejn 16 ta’ Diċembru 2019 f’12.00 p.m. se jittellgħu l-poloz tar-Rawnd tal-Aħħar Sittax tal-Uefa Champions League 2019/20. It-timijiet li għaddew għal din il-fażi huma:

L-ewwel urna

Barcelona, Bayern Munich, Juventus, Leipzig, Liverpool, Manchester City, PSG, Valencia.

It-tieni urna

Atalanta, Atletico Madrid, Borussia Dortmund, Chelsea, O. Lyon, Napoli, Real Madrid, Tottenham Hotspur.

Fl-ewwel urna hemm it-timijiet li rebħu l-grupp, filwaqt li t-tieni klassifikati f’kull grupp jinsabu fit-tieni urna. F’dar-Rawnd timijiet tal-istess pajjiż ma jistgħux jilagħbu kontra xulxin. Fl-istess ħin timijiet li kienu flimkien fil-grupp ma jistgħux jerġgħu jiġu kontra xulxin. Għaldaqstant l-avversarji ta’ Juventus jistgħu jkunu biss: Borussia Dortmund, Chelsea, O. Lyon, Real Madrid jew Tottenham Hotspur.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *