Nota dwar iż-żjara ta’ Del Piero

MatthewJuve News Leave a Comment

B’dispjaċir ilni ġurnata naqra kummenti negattivi fuq is-serata ta’ Del Piero li saret ilbieraħ. Onestament dan aħna konna diġa’ antiċipajnieh u kien għalhekk li konna ħadna d-deċiżjoni għaqlija li nirtiraw minn l-invit li kienu għamlulna u bl-ebda mod allura ma nieħdu sehem f’dan l-avveniment.

Ilkoll tafu li kull meta l-Juventus Club Vero Amore ġieb ex players magħrufin, il-Club mhux talli ma qalax flus imma saħansitra ħareġ minn ġewwa. Dan kull darba għamilnieh b’tali mod u manjiera li ma nipperikolawx il-finanzi sodi tal-Club. Kull min kien preżenti għal dawn iż-żjarat li kienu bosta f’dawn l-aħħar 7 snin jaf li gawdihom ħafna mil-qrib, ritratti, selfies, firem fuq memorabilia u iktar. Minn naħa tal-Club inwiegħdukom li se nibqgħu naħdmu sabiex minn żmien għal żmien inġibu ex-players sabiex jitgawdew minnkom il-membri.

Is-sena d-dieħla l-Club sejjer jagħlaq l-anniversarju sabiħ ta’ 45 sena u għalhekk qiegħdin nippjanaw sabiex niċċelebraw kif jixraq dan it-tragward flimkien mal-membri tagħna.

Il-membri għalina huma PRIORITA’ għaldaqstant issieħbu magħna ħalli taraw b’għajnejkom li dak li aħna nippridkaw, nipprattikawh.

Inselli għalikom,

Joseph Fenech

President

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *