O.Lyon interessati f’Demiral

MatthewJuve News Leave a Comment

O.Lyon talbu lil Juventus jekk humiex disposti jbigħulhom lil Demiral. Ir-risposta kienet li Demiral ma jinsabx għall-bejgħ. Skont Tuttosport lanqas ma hu probabbli li jkun hemm bdil bejn Demiral u Aouar jew Cherki. Fil-fatt O.Lyon huwa klabb li mdorri jixtri talenti żgħażagħ bi prezz baxx u wara jbigħhom għal prezz ferm għola. Huma, insomma, imdorrijin jixtru u jbigħu mhux ipartu l-plejers. Ta min jgħid ukoll li Juventus għalissa ma tantx jaqblilhom ibigħu lil Demiral peress li bħalissa l-prezz tiegħu tbaxxa sew minħabba l-injury tiegħu. Il-Bianconeri jaqblilhom jistennew sakemm Demiral ikun lura fl-azzjoni u bil-wirjiet tiegħu l-prezz jerġa’ jibda jogħla.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *