O.Lyon-Juventus 1-0

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-kelma ‘diżappuntati’ lanqas biss tagħti idea ta’ dak li s-supporters Juventini ħassew illejla quddiem il-wirja ta’ Juventus. It-tim ta’ Sarri kompla għaddej fuq l-istess linji tal-aħħar ġimgħat: wirja fjakka immens, tim konfuż, bla ideat, tim li ma jafx jiddefendi sew, tim li bilkemm sar joħloq azzjoni ta’ gowl, tim li qed jibqa’ għaddej grazzi għat-talent tal-istilel li hemm fi ħdanu anki milli għax it-tim qed jilgħab b’mod kompatt u magħqud. Fl-ewwel taqsima Juventus kienu letteralment diżastru b’ħafna plejers jimxu fil-grawnd. Fit-tieni taqsima, kien hemm tentattiv ta’ reazzjoni, biss kienet konfuża ftit iżżejjed u ma wasslitx għar-riżultat mistenni. O.Lyon rebħu 1-0. Juventus għadhom jistgħu jdawru r-riżultat favurihom f;darhom, biss teħtieġ wirja kompletament differenti minn dik tal-lum!

O.LYON-JUVENTUS 1-0

Skurja: Tousart (OL)

O.Lyon (3-5-2): Lopes; Denayer, Marcelo, Fernando Marçal; Dubois (Tete), Tousart, Bruno Guimaraes, Aouar, Cornet (Andersen); Toko Ekambi (Terrier), Dembélé. Kowċ: Garcia.

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, De Ligt, Bonucci, Alex Sandro; Cuadrado (Higuain), Bentancur, Pjanic (Ramsey), Rabiot (Bernardeschi); Dybala, Ronaldo. Kowċ: Sarri.

Referee: Gil Manzano (Spa)

Karti sofor: Marcelo (OL), Cornet (OL).

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *