Osvaldo. It-talba bla sens ta’ Inter!

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Juventus għandhom ftehim ma’ Osvaldo innifsu u ma’ Southampton. Il-klabb Ingliż lest jisilfu lil Juventus b’xejn sa tmiem l-istaġun. Milli jidher Osvaldo diġà beda jfittex dar f’Turin. Madankollu rridu noqogħdu attenti għax fadal il-ftehim ma’ Inter li jrid jinstab. Fil-fatt Inter ħaduh b’self b’xejn fis-sajf u għandhom kull dritt li jżommuh sa tmiem l-istaġun. Huma lesti jħallu lil Osvaldo jingħaqad ma’ Juventus imma qed jippretendu ħlas ta’ nofs miljun. Marotta ma jridx jaf li jħallas lil Inter għal Osvaldo. Ma ninsewx li Osvaldo bħalissa lanqas biss qed jitħalla jidħol fit-training grounds ta’ Inter wara l-inkwiet li nqala’ f’Jannar. Għala għandna nħallsu għal plejer li mhuwiex ta’ Inter u li n-Nerazzurri bħalissa tant ma jriduhx li lanqas qed iħalluh jidħol fit-training grounds tagħhom?

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *