Paratici f’laqgħa ma’ Pescara dwar xi plejers

MatthewJuve News Leave a Comment

Fil-lukanda Rumana fejn it-tim Juventin qed iqatta’ dawn il-ftit jiem tal-Finali tal-Coppa Italia, aktar kmieni llum seħħet laqgħa bejn Fabio Paratici u tliet diriġenti ta’ Pescara: il-President Sebastiani, id-Direttur tal-Isports Luca Leone u l-klabb manager Simone Pepe (kariga li daqt jibda jokkupa). Paratici talabhom ftit tal-informazzjoni dwar Coulibaly. Fl-istess ħin Pescara esprimew ix-xewqa li jkollhom fit-tim tagħhom lil Favilli u Orsolini. It-taħdidiet bejn il-partijiet mistennija jkomplu.

Matthew Scerri  

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *