Paratici jgħid tiegħu dwar il-bdil Arthur-Pjanic

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel Genoa-Juventus, Fabio Paratici spjega li Arthur hu plejer li Juventus kienu ilhom isegwu qabel ingħaqad ma’ Barcellona u jemmnu li hu ideali għall-istil ta’ logħob tat-tim ta’ Sarri. Fi kliem Paratici din hi opportunità li qamet fis-suq tat-trasferimenti, imma fl-istess ħin hu akkwist marbut mal-proġetti futuri ta’ Juventus. Paratici żied anki li malli kien hemm l-opportunità li Juventus jixtru lil Arthur, hu tkellem ma’ Pjanic li sema’ dak kollu li kien qed jiġi propost lilu. Pjanic dejjem stqarr li jinsab għal qalbu ma’ Juventus u kien lest jitlaq biss biex jingħaqad ma’ Barcellona għax kienet il-ħolma tiegħu li fil-karriera jilgħab mal-Ispanjoli. Paratici temm jgħid li bil-bejgħ ta’ Pjanic Juventus għamlu anki qligħ finanzjarju konsiderevoli.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *