Paratici x’aktarx kellu laqgħa privata ma’ Inzaghi

MatthewJuve News Leave a Comment

Fabio Paratici allegatament kellu laqgħa privata ma’ Simone Inzaghi fil-jiem li għaddew fi Piacenza, il-belt fejn huma trabbew. Paratici u Inzaghi huma ħbieb sa minn meta kienu żgħar u lagħbu għal xi snin flimkien. Skont La Gazzetta dello Sport dil-laqgħa saret bħala l-ewwel pass lejn il-ħatra ta’ Inzaghi bħala kowċ ta’ Juventus minflok Allegri. Intant ta min jgħid li Simone Inzaghi llum ħassar il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet il-partita ta’ Lazio x’aktarx sabiex jevita domandi dwar il-possibbilità li jingħaqad ma’ Juventus. Finalment ta min jgħid li fil-jiem li għaddew Lotito kkritika pubblikament lil Inzaghi meta qal li Lazio għandhom tim li jmissu jokkupa post aħjar mis-seba’ post fil-klassifika. Dil-kritika tista’ tindika li minkejja r-rebħ tal-Coppa Italia, Lazio xorta waħda qed jaħsbuha li jibdlu l-kowċ.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *